7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Public Relations Consultants Association Ltd vs The Newspaper Licensing Agency Ltd et

(Kawża C-360/13)

2013/C 260/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Public Relations Consultants Association Ltd

Konvenuta: The Newspaper Licensing Agency Ltd et

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi fejn:

(i)

utent jara paġna internet mingħajr ma jniżżel, jistampa jew inkella b’xi mod jagħmel kopja tagħha.

(ii)

kopji ta’ dik il-paġna internet isiru b’mod awtomatiku fuq l-iskrin u fil-“cache” tal-internet fil-ħard disk tal-utent;

(iii)

il-ħolqien ta’ dawk il-kopji huwa indispensabbli għall-proċessi tekniċi involuti għal browsing korrett u effettiv fuq l-internet;

(iv)

il-kopja tal-iskrin tibqa’ fuq l-iskrin sa meta l-utent jitlaq mill-paġna internet ikkonċernata, fejn titħassar b’mod awtomatiku permezz tal-operazzjoni normali tal-kompjuter;

(v)

il-kopja “cache” tibqa’ fil-cache sakemm tiġi sovraskritta minn materjal ieħor hekk kif l-utent jara iktar paġni internet, meta titħassar b’mod awtomatiku permezz tal-operazzjoni normali tal-kompjuter; u

(vi)

il-kopji jinżammu għal mhux iktar mill-iżvolġiment tal-proċessi komuni assoċjati mal-użu tal-internet li għalihom isir riferiment fil-punti (iv) u (v) iktar ’il fuq;

Tali kopji huma (i) temporanji, (ii) tranżitorji jew inċidentali u (iii) parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1)?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)