7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Udo Rätzke vs S+K Handels GmbH
(Kawża C-319/13)
2013/C 260/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Thüringer Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Udo Rätzke
Konvenuta: S+K Handels GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010, tat-28 ta’ Settembru 2010, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (1) għandu jiġi interpretat fis-sens
li l-aġent ikun obbligat bl-ittikkettar ta’ televiżjonijiet (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) fil-każ biss li, skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) il-fornitur ikun diġà kkunsinna dawn it-televiżjonijiet b’tikketta konformi,
jew inkella, l-aġent għandu wkoll obbligu ta’ ttikkettar (b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011) fir-rigward ta’ televiżjonijiet li kkunsinna l-fornitur mingħajr tikketta konformi, qabel it-30 ta’ Novembru 2011, b’mod li l-aġent ikun obbligat jitlob (fi żmien raġonevoli, sussegwentement) lill-fornitur jipprovdi tikketti għal tali televiżjonijiet?
(1) ĠU L 314, p. 64