22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timișoara (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2013 — Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură (APIA) — Centrul Județean Timiș vs Curtea de Conturi a României, Camera de Conturi a Județului Timiș

(Kawża C-304/13)

2014/C 52/43

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timișoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură (APIA) — Centrul Județean Timiș

Konvenuti: Curtea de Conturi a României, Camera de Conturi a Județului Timiș

Intervenjenti: Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură (APIA)

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 (1), b’mod partikolari l-Artikoli 115 u 135 tal-imsemmi regolament, jipprekludu lil Stat milli jissuġġetta l-għoti ta’ primjum lil bidwi għal kundizzjonijiet addizzjonali, li ma humiex stabbiliti fir-regolament, b’mod partikolari l-kundizzjoni li l-bidwi “ma jridx ikollu djun li skadew mal-baġit tal-Istat u/jew mal-baġit lokali fid-data tat-talba għal primjum”?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)