20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/31 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2013 minn Rousse Industry AD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-489/11 — Rousse Industry AD vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-271/13 P)
2013/C 207/52
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Appellanti: Rousse Industry AD (rappreżentanti: A. Angelov, S. Panov, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-489/11; |
— |
tiddeċiedi definittivament il-kawża billi tiddikjara nulli l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C-12/10 u N 389/09 mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry AD; |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċidiha mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka dawn l-aggravji:
(1) |
L-ewwel aggravju: ksur tar-regoli proċedurali li jippreġudika l-interessi tal-appellanti
|
(2) |
It-tieni aggravju: ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.