|
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/28 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-65/10, T-113/10 u T-138/10, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-263/13 P)
2013/C 207/45
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tilqa’ l-appell preżenti u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2013, fil-Kawżi magħquda T-65/10, T-113/10 u T-138/10, Spanja vs Il-Kummissjoni; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2009) 9270, tat-30 ta’ Novembru 2009, C(2009) 10678, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u C(2010) 337, tat-28 ta’ Jannar 2010, li jnaqqsu l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija favur, rispettivament, il-programm operattiv “Andalucía”, li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 3456, tad-9 ta’ Diċembru 1994, il-programm operattiv “Pais Vasco” li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1998) 121, tal-5 ta’ Frar 1998, u l-programm operattiv “Komunità ta’ Valencia” li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1994) 3043/6, tal-25 ta’ Novembru 1994; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
— |
Żball ta’ liġi fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 (1) bħala bażi legali sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ estrapolazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma tistax isservi bħala bażi legali sabiex jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ estrapolazzjoni fil-każ ta’ irregolaritajiet sistematiċi, u dan peress li din il-possibbiltà ma ngħatatx lill-Kummissjoni. |
|
— |
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-istħarriġ tal-affidabbiltà, tal-koerenza, tar-rilevanza u tal-idonjetà tal-estrapolazzjoni applikata mill-Kummissjoni. L-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun użat għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ estrapolazzjoni ma sarx skont il-ġurisprudenza Tetra Laval (2). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet tal-Fondi Strutturali bejniethom u bejn dawn u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra (ĠU L 374, p. 1).
(2) Sentenza tal-15 ta’ Frar 2005, Il-Kummissjoni vs Tetra Laval (C-12/03 P, Ġabra p. I-987), punt 39