20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ April 2013 — Commerz Nederland NV; parti oħra: Havenbedrijf Rotterdam NV
(Kawża C-242/13)
2013/C 207/38
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commerz Nederland NV
Parti oħra: Havenbedrijf Rotterdam NV
Domandi preliminari
(1) |
L-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi — meħtieġa sabiex għajnuna tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 u 108 TFUE — ta’ garanzija mogħtija minn impriża pubblika hija neċessarjament eskluża f’sitwazzjoni fejn din il-garanzija ngħatat, bħal f’dan il-każ, mill-amministratur (waħdieni) tal-impriża pubblika, li, ċertament kien awtorizzat jagħmel dan skont id-dritt ċivili, iżda li aġixxa b’mod arbitrarju, deliberatament żamm l-għoti tal-garanzija sigriet u injora l-istatuti tal-impriża pubblika billi ma talabx l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ Sorveljanza, u fejn, barra minn hekk, hemm lok li wieħed jippreżumi li l-entità pubblika inkwistjoni (f’dan il-każ il-Komun) ma riditxx li l-garanzija tingħata? |
(2) |
Jekk iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq ma jeskludux neċessarjament l-imputabbiltà lill-awotritajiet pubbliċi, allura dawn huma irrilevanti sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar jekk l-għoti tal-garanzija jistax jiġi imputat lill-awtoritajiet pubbliċi, jew il-qorti għanda għaldaqstant twettaq evalwazzjoni fid-dawl tal-indizji l-oħra li huma favur jew kontra l-imputabbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi? |