29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/10


Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2013 minn Kalliopi Nikolau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-241/09, Nikolau vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-220/13 P)

2013/C 189/19

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Kalliopi Nikolaou (rappreżentant: V. Khristianos, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-241/09 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 tinkludi evalwazzjonijiet ġuridiċi li b’mod manifest jiksru regoli tad-Dritt tal-Unjoni u titlob l-annullament tagħhom.

(2)

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, minħabba interpretazzjoni u applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni (nuqqas ta’ kompetenza). L-aggravji huma, b’mod partikolari, is-segwenti:

l-ewwel nett, ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza;

it-tieni nett, ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali mat-Tribunal d’Arrondissement tal-Lussemburgu, kif previst fl-Artikolu 4(3) TUE;

it-tielet nett, nuqqas ta’ ġurisdizzjoni;

ir-raba’ nett, interpretazzjoni u applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri 99/50.