29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2013 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Alexandria vs George Ciocoiu

(Kawża C-214/13)

2013/C 189/16

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Alexandria

Konvenut: George Ciocoiu

Domandi preliminari

L-Artikolu 110 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni, minn Stat Membru, ta’ taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu għal vettura bil-mutur li tkun użata li toriġina minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ din il-vettura fl-Istat Membru inkwistjoni, filwaqt li l-ħlas tal-istess taxxa, minkejja li previst b’att leġiżlattiv bħala li huwa wkoll dovut għall-vetturi bil-mutur li jkunu użati eżistenti fis-suq intern li huma simili fl-ammont ta’ snin li għandhom, fl-istat tekniku u fil-kilometraġġ, matul l-ewwel trasferiment ta’ proprjetà tagħhom, ġie sussegwentement sospiż minn att li għandu valur ta’ liġi?