20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ April 2013 — Air Liquide Italia Spa et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawża C-186/13)
2013/C 207/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Liquide Italia Spa et
Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico
Domandi preliminari
(1) |
Il-protezzjoni tal-kompetizzjoni libera, tal-moviment liberu tal-impriżi, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (previsti fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikoli 101, 49, 56 u 96 TFUE) hija kompatibbli, u sa fejn, ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi spejjeż minimi tal-operat fis-settur tat-trasport bit-triq li jinvolvu l-iffissar, permezz ta’ fatturi esterni, ta’ element kostituttiv tar-remunerazzjoni għas-servizz u, għalhekk, tal-prezz kuntrattwali? |
(2) |
Limitazzjonijiet għall-imsemmija prinċipji jistgħu jkunu ġġustifikati, u taħt liema kundizzjonijiet, mill-ħtieġa li jiġi ssalvagwardat l-interess pubbliku tas-sigurtà fit-toroq, u dan l-għan jista’ jiġġustifika l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat kif jipprovdu r-regoli stabbiliti bl-Artikolu 83a tad-Digriet-Liġi Nru 112/2008 kif emendat? |
(3) |
F’din il-perspettiva, l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat jista’ jsir permezz ta’ ftehim settorjali konklużi bejn l-operaturi kkonċernati u, sussidjarjament, permezz ta’ organi magħmula fil-parti l-kbira tagħhom minn persuni li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi privati tas-settur, fl-assenza ta’ kriterji stabbiliti minn qabel fuq livell leġiżlattiv? |