|
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-150/13)
2013/C 171/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C
Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.