1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Annett Altmann et vs Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

(Kawża C-140/13)

2013/C 156/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Annett Altmann, Torsten Altmann, Hans Abel, Doris Anschütz, Heinz Anschütz, Waltraud Apitzsch, Uwe Apitzsch, Andrea Arnold, Klaus Arnold, Simone Arnold, Barbara Assheuer, Ingeborg Aubele, Karl-Heinz Aubele

Konvenut: Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

Domandi preliminari

(1)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea li l-obbligi mandatorji ta’ kunfidenzjalità tal-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-kontroll tal-kumpanniji tas-servizzi finanzjarji u li huma bbażati fuq l-atti tad-dritt tal-Unjoni debitament trasposti fid-dritt nazzjonali [f’dan il-każ, id-Direttivi 2004/109/KE (1), 2006/48/KE (2) u 2009/65/CE (3) trasposti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 9 tal-Kreditwesengesetz (Liġi dwar is-settur tal-kreditu) u l-Artikolu 8 tal-Wertpapierhandelsgesetz (Liġi dwar it-tranżazzjonijiet kummerċjali)] jistgħu jiġu ppreġudikati bl-applikazzjoni u bl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni proċedurali nazzjonali bħall-Artikolu 99 tal-Verwaltungsgerichtsordnung [Liġi dwar il-kodiċi tal-proċedura amministrattiva]?

(2)

Awtorità ta’ superviżjoni bħall-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht tista’ tinvoka, fir-rigward ta’ persuna li talbitha, skont l-Informationsfreiheitsgesetz [Liġi dwar il-libertà tal-informazzjoni], aċċess għall-informazzjoni ta’ fornitur partikolari ta’ servizzi finanzjarji, l-obbligi ta’ kunfidenzjalità tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni (bħall-obbligi taħt l-Artikolu 9 tal-Kreditwesengesetz u l-Artikolu 8 tal-Wertpapierhandelsgesetz), meta l-mudell ewlieni tan-negozju tal-kumpannija li toffri servizzi finanzjarji u li issa hija fi stralċ ġudizzjarju wara x-xoljiment tagħha minħabba f’insolvenza kienet tikkonsisti fi frodi fuq skala kbira intiża li xjentement tiffrodi l-investituri u li l-persuni responsabbli minn din il-kumpannija ġew ikkundannati permezz ta’ sentenza definittiva għal diversi snin ta’ priġunerija?


(1)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2004, dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390 p. 38).

(2)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2010, L 239M, p. 1).

(3)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, p. 32).