15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Cruz & Companhia Lda vs IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP et

(Kawża C-128/13)

2013/C 171/21

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenuti: IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP u Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL

Domanda preliminari

L-Artikoli 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 (1), tas-27 ta’ Novembru 1987 u 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (2), tat-22 ta’ Lulju 1985, għandhom jiġu interpretati mill-perspettiva ta’ “rilaxx” tal-garanzija mogħtija fil-kuntest tal-Artikolu 22(1) tal-ewwel regolament, u fid-dawl tal-argumenti kkunsidrati?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186).