8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft vs Xceed Holding Ltd.

(Kawża C-121/13)

2013/C 164/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft

Konvenuta: Xceed Holding Ltd.

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ jitlob ukoll reviżjoni, mill-qorti, tal-ordni ta’ ħlas Ewropea meta l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet innotifikata lilu jew ma tkunx ġiet innotifikata lilu b’mod validu? Għal dan il-għan, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

X’konsegwenzi ġuridiċi proċedurali jkun hemm fil-każ ta’ suċċess tal-applikazzjoni għal reviżjoni; f’dan il-kuntest, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) jew l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006?


(1)  ĠU L 399, p. 1.