18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2013 — Société Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

(Kawża C-108/13)

2013/C 141/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Mac GmbH

Konvenut: Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

Domanda preliminari

L-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta b’mod partikolari l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għall-kundizzjoni li l-prodott ikkonċernat jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 91/414/KEE (1), u, konsegwentement, ma tippermettix il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott li jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela u li jkun identiku għal prodott awtorizzat fl-Istat ta’ importazzjoni ?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).