4.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Frar 2013 — Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-97/13)

2013/C 129/16

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 jiksru l-Artikolu 110 TFUE; jistabilixxu tassew miżura manifestament diskriminatorja?

(2)

L-Artikolu 110 TFUE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jikser id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 (fil-formulazzjoni inizjali tiegħu), li jistabbilixxu taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu tal-vetturi b’mutur, jekk din il-miżura fiskali tkun ifformulata b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħrajn, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess żmien u kundizzjoni fis-suq nazzjonali?