25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2013 — SEK Zollagentur GmbH vs Hauptzollamt Gießen

(Kawża C-75/13)

2013/C 147/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SEK Zollagentur GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Gießen

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”), u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li merkanzija kkunsinnata lil persuna mill-awtoritajiet doganali għall-finijiet ta’ ħażna temporanja f’post awtorizzat hija kkunsidrata bħala li tneħħiet minn taħt is-sorveljanza doganali jekk hija ddikjarata bħala li hija fi proċedura ta’ tranżitu estern iżda li, madankollu, matul it-trasport previst, magħha ma jkunux fil-fatt inklużi d-dokumenti ta’ tranżitu stabbiliti kif previst u li hija ma tkunx ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni?

(2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: f’każ bħal dan, il-persuna li, bħala kunsinnatur awtorizzat, tkun qiegħdet il-merkanzija taħt il-proċedura ta’ tranżitu hija debitur skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 203(3) tal-Kodiċi Doganali jew tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 203(3) ta’ dan il-kodiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.