18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-11 ta’ Frar 2013 — Gmina Wrocław vs Minister Finansów

(Kawża C-72/13)

2013/C 141/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wrocław

Konvenut: Minister Finansów

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu li jiġu sottomessi għall-VAT, l-atti ta’ muniċipalità li jikkonsistu fil-bejgħ ta’ beni, inklużi beni immobbli, akkwistati skont il-liġi jew mingħajr ħlas, b’mod partikolari permezz tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni, jew fil-kontribut tagħhom in natura lil kumpannija kummerċjali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.