|
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/14 |
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-270/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-54/13 P)
2013/C 86/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, aġent, C. von Donat u J. Lipinsky, avukati)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Franċiża
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-270/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja (intervenjenti), ir-Repubblika Franċiża (intervenjenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (intervenjenti) vs Il-Kummissjoni Ewropea li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja) u sabiex fil-Kawża T-270/08 tannulla d-deċiżjoni kkontestata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja) |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
|
|
L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 (1), kif ukoll l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (2) u l-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (li qabel kien l-Artikolu 5 KE: Artikolu 5(2) TEU, Artikolu 7 TFEU), peress li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li żbalji amministrattivi attribwibbli lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu “irregolaritajiet” li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88. |
|
|
It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 kif ukoll il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (Artikolu 5(2) TEU, Artikolu 7 TFEU), peress li b’mod żbaljat tat lill-Kummissjoni il-kompetenza li testrapola korrezzjonijiet finanzjarji (l-ewwel parti tat-tieni aggravju). Anki jekk skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88, il-Kummissjoni kellha din is-setgħa ta’ estrapolazzjoni, il-Qorti Ġenerali jmissha rrikonoxxiet l-illegalità tal-applikazzjoni tal-estrapolazzjoni fil-każ preżenti. Minn naħa, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika l-allegat żball sistematiku tagħha għall-programm kollu u li tippermetti li r-rata ta’ żball tagħha stabbilit tiġi estrapolata għall-programm globali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-kampjun applikat minnha, sabiex tasal għal tnaqqis permezz tal estrapolazzjoni għall-programm globali (it-tieni parti tat-tieni aggravju). Barra minn hekk, matul l-estrapolazzjoni l-Kummissjoni wettqet żball rappreżentattiv u ffissat korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa li wassal għal tnaqqis sproporzjonat fil-kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm operattiv (it-tielet parti tat-tieni aggravju). |
|
|
It-tielet aggravju: is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tikser ukoll l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88 flimkien mal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, peress li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kummissjoni kellha s-setgħa li twaqqaf il-korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa (l-ewwel parti tat-tielet aggravju). Anki jekk tali setgħa kienet teżisti f’dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet imħallsa f’daqqa, il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-iżball ta’ liġi meta f’dan il-każ ittieħdu korrezzjonijiet imħallsa f’daqqa sproporzjonati (it-tieni parti tat-tielet aggravju). |
|
|
Ir-raba’ aggravju: fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ ġustifikazzjoni xierqa taħt l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja flimkien mal-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li mingħajr ma indikat ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni fil-kawża l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar l-argument tal-appellanti dwar l-inammissibbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa (l-ewwel parti tat-tieni aggravju) kif ukoll lli ma huwiex possibbli li jiġu ddeterminati l-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-Qorti Ġenerali li tiċħad dan l-argument |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, dwar dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jikkonċerna l-koordinazzjoni bejn l-interventi tal-Fondi Strutturali differenti, minn naha, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħra, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).