6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Nordea Bank Danmark vs Skatteministeriet
(Kawża C-48/13)
2013/C 101/24
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nordea Bank Danmark A/S
Konvenut: Skatteministeriet
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 u 54 TFUE (li qabel kienu l-Artikoli 43 u 48 KE), kif ukoll l-Artikoli 31 u 34 ŻEE, jipprekludu lil Stat Membru, li ppermetta li kumpannija residenti tnaqqas b’mod regolari t-telf sostnut/inkors minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor, milli jinkorpora mill-ġdid mad-dħul taxxabbli tal-imsemmija kumpannija t-telf kollu tal-istabbiliment permanenti (sa fejn dan ma ġiex paċut bi profitti fis-snin segwenti) meta l-istabbiliment permanenti ma jibqax jeżisti minħabba l-fatt li parti mill-attivitajiet tiegħu kienet ġiet ittrasferita lil kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp u li hija stabbilita fl-istess Stat Membru tal-istabbiliment permanenti, u meta l-possibilitajiet kollha tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi telf għandhom jiġu meqjusa bħala eżawriti?