23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Bayer CropScience AG
(Kawża C-11/13)
2013/C 86/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayer CropScience AG
Domandi preliminari
Il-kunċetti ta’ “prodott” fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 8 tal-Artikolu 1 kif ukoll ta’ “sustanza attiva” fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru wkoll aġent protettiv?
(1) Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335).