2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-2 ta’ Jannar 2013 — Cartier Parfums — Lunettes SAS, Axa Corporate Solutions Assurance SA vs Ziegler France SA, Montgomery Transports Sàrl, Société Inko Trade SRO, Société Jaroslave Mateja, Société Groupama Transport

(Kawża C-1/13)

2013/C 63/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartier Parfums — Lunettes SAS, Axa Corporate Solutions Assurance SA

Konvenuta: Ziegler France SA, Montgomery Transports Sàrl, Société Inko Trade SRO, Société Jaroslave Mateja, Société Groupama Transport

Domandi preliminari

L-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kompetenza tal-qorti li l-ewwel tkun ħadet konjizzjoni hija stabbilita, ladarba, jew l-ebda parti ma tkun qajmet in-nuqqas ta’ kompetenza tagħha, jew inkella din il-qorti żammet il-kompetenza tagħha permezz ta’ deċiżjoni irrevokabbli għal kwalunkwe raġuni, b’mod partikolari għall-fatt li ntużaw il-mezzi ġudizzjarji kollha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.