Kawża C‑687/13

Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH

vs

Hauptzollamt Regensburg

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dumping — Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 917/2011 — Validità — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(7)(a) — Valur normali — Determinazzjoni fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq — Għażla tal-pajjiż terz xieraq — Dmir ta’ diliġenza — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Teħid ta’ kampjuni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015

  1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Determinazzjoni tad-domandi li għandhom isiru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali – Obbligu għall-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-motivi ta’ invalidità invokati minn waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali mhux imsemmija mill-qorti tar-rinviju – Assenza

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Għażla ta’ pajjiż analogu – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a))

  3. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Riferiment għall-prezz ta’ pajjiż li għandu ekonomija tas-suq – Determinazzjoni b’mod xieraq u mhux irraġonevoli – Kriterji li għandhom jintervjenu fl-għażla ta’ pajjiż ta’ riferiment

  4. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Għażla ta’ pajjiż analogu – Obbligu ta’ diliġenza tal-istituzzjonijiet – Portata

  5. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Riferiment għall-prezz ta’ pajjiż li għandu ekonomija tas-suq – Teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ produttur wieħed tal-prodott simili – Ammissibbiltà – Kundizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(1) sa (7)(a))

  6. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Neċessità li jsir riferiment għal periti esterni għall-evalwazzjoni tad-data – Kundizzjonijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

  7. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament li jimponi dazji antidumping – Ħtieġa li tiġi pprovduta motivazzjoni speċifika għal kull wieħed mill-aġġustamenti tal-valur normali tal-prodott inkwistjoni – Assenza

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10))

  8. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ ta’ prezzijiet – Teħid ta’ kampjuni – Kompożizzjoni tal-kampjuni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Obbligu li jsir użu tal-istess metodu sabiex jinħadem il-kampjun tal-produtturi-esportaturi u għal dak tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3 u 17(1) u (2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 41-43)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 44, 51)

  3.  Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali ta’ prodott fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, dan il-valur huwa, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, iddeterminat, bħala prinċipju, abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. L-imsemmija dispożizzjoni hija intiża li tipprevjeni t-teħid inkunsiderazzjoni tal-prezzijiet u tal-ispejjeż eżistenti fil-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq sa fejn dawn il-parametri ma humiex ir-riżultat normali tal-forzi li jaġixxu fis-suq.

    F’dan ir-rigward, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 1225/2009, għandu jiġi magħżul pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq b’mod li ma jkunx irraġonevoli, filwaqt li jitqies kull tagħrif ta’ min joqgħod fuqu li jkun disponibbli fiż-żmien tal-għażla. Fil-fatt, huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni alternattivi li jippreżentaw ruħhom, li għandhom ifittxu li jsibu pajjiż terz fejn il-prezz ta’ prodott simili huwa ffurmat f’ċirkustanzi daqstant paragunabbli kemm jista’ jkun ma’ dawk tal-pajjiż ta’ esportazzjoni, bil-kundizzjoni li dan ikun pajjiż b’ekonomija tas-suq. Jirriżulta mill-formulazzjoni u mill-istruttura tal-imsemmija dispożizzjoni li l-għan li tingħata prijorità għall-metodu prinċipali stabbilit mill-imsemmija dispożizzjoni huwa li tinkiseb determinazzjoni raġonevoli tal-valur normali, fil-pajjiż esportatur, bl-għażla ta’ pajjiż terz fejn il-prezz ta’ prodott simili huwa ffurmat f’ċirkustanzi li kemm jista’ jkun jistgħu jiġu pparagunati ma’ dawk tal-pajjiż ta’ esportazzjoni, bil-kundizzjoni li dan ikun pajjiż b’ekonomija tas-suq.

    F’dan il-kuntest, meta s-suq tal-pajjiż ta’ esportazzjoni u dak tal-pajjiż analogu huma differenti fil-livell ta’ żvilupp teknoloġiku, l-istituzzjonijiet jistgħu, ġustament, jibbażaw ruħhom fuq il-kompetizzjoni qawwija eżistenti fis-suq tal-prodott simili fil-pajjiż analogu, bil-għan li jgħażlu dan il-pajjiż bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa. Fil-fatt, il-kompetizzjoni qawwija bħala prinċipju teżerċita influwenza li tbaxxi l-prezzijiet, sabiex id-data minn suq kompetittiv ħafna mhux bilfors twassal għal marġni ta’ dumping ogħla minn dak li jirriżulta mill-użu ta’ data ta’ pajjiż bi spejjeż iktar baxxi iżda wkoll b’kompetizzjoni inqas qawwija. Barra minn hekk, livell iktar avvanzat ta’ żvilupp jista’ jpaċi spejjeż ta’ xogħol iktar baxxi, b’tali mod li spejjeż ta’ xogħol ikbar ma jistgħux neċessarjament jitqiesu bħala indiċi ta’ prezzijiet ogħla u ta’ valur normali ogħla.

    (ara l-punti 48-50, 58, 59)

  4.  Fil-kuntest tal-għażla ta’ pajjiż analogu sabiex jiġi stabbilit il-valur normali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, peress li produtturi stabbiliti fil-pajjiżi terzi analogi kkunsidrati ma humiex meħtieġa li jikkooperaw, il-fatt li dawn ma jwieġbux għall-istedina sabiex jikkooperaw li ġejja mill-Kummissjoni ma jistax jikkostitwixxi ksur tad-dmir ta’ diliġenza li din l-istituzzjoni għandha.

    F’dan ir-rigward, fejn l-ebda waħda mill-impriżi mitluba ma hija lesta li tikkoopera u fejn, għalhekk, il-Kummissjoni tapplika l-metodu sussidjarju previst fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 1225/2009, li kien jikkonsisti li jiġi ddeterminat il-valur normali tal-prodott ikkonċernat “fuq kull bażi oħra raġjonevoli”, huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jeżaminaw bid-diliġenza kollha dovuta l-informazzjoni li tkun disponibbli għalihom, inkluż b’mod partikolari l-istatistika tal-Eurostat għall-finijiet ta’ tfittxija jekk pajjiż analogu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jistax jiġi magħżul. Issa, meta impriża mitluba taċċetta li tikkoopera mal-Kummissjoni u din tal-aħħar tapplika, b’hekk, il-metodu prinċipali stabbilit mill-imsemmija dispożizzjoni li jikkonsisti li jiġi ddeterminat il-valur normali fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum, f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jew tal-prezz minn dan il-pajjiż terz għall-pajjiżi l-oħra, il-Kummissjoni hija eżentata milli teżamina dawn l-istatistiċi.

    (ara l-punti 55, 56)

  5.  Fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, ir-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, jipprevedi, fl-Artikolu 2(7) tiegħu, reġim speċifiku f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-valur normali, differenti minn dak previst fil-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-artikolu, b’tali mod li l-formulazzjoni ta’ dawn il-paragrafi tal-aħħar ma hijiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk il-valur normali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux jinħadem abbażi ta’ prezzijiet ta’ produttur wieħed jew iktar.

    F’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tal-imsemmi regolament, is-sempliċi fatt li jeżisti produttur wieħed fil-pajjiż ta’ riferiment ma jeskludix minnu nnifsu li l-prezzijiet hemmhekk huma r-riżultat ta’ kompetizzjoni reali, peress li tali kompetizzjoni tista’ tirriżulta wkoll, fl-assenza ta’ kontroll tal-prezzijiet, mill-preżenza ta’ importazzjonijiet sinjifikattivi minn pajjiżi oħra.

    Fil-fatt, l-element determinanti, għall-finijiet tal-għażla tal-produttur jew produtturi fil-pajjiż ta’ riferiment, huwa dak dwar jekk il-prezzijiet fis-suq intern tal-pajjiż terz humiex ir-riżultat ta’ kompetizzjoni reali.

    (ara l-punti 65-67)

  6.  Fil-kuntest tal-investigazzjoni antidumping, fir-rigward tar-riferiment għal periti esterni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, bħala regola, fl-assenza ta’ raġuni speċifika, jiġu kkunsidrati kapaċi li jevalwaw huma stess id-data b’mod xieraq.

    (ara l-punt 69)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 75-78)

  8.  Fir-rigward tal-użu ta’ kampjuni bil-għan li jiġi kkalkolat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzjiet tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, meta pparagunati mal-prezz ta’ prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, la l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, la l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, u lanqas il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jeħtieġu li jintuża l-istess metodu sabiex jinħadem il-kampjun tal-produtturi-esportaturi u sabiex jinħadem il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Pjuttost, jirriżulta mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku li l-għażla finali tal-partijiet, tat-tipi ta’ prodotti jew ta’ tranżazzjonijiet taqa’ taħt il-Kummissjoni, skont id-dispożizzjonijiet rigward it-teħid ta’ kampjuni.

    F’dan ir-rigward, l-użu ta’ żewġ metodi differenti sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, minn naħa waħda, u dak tal-produtturi-esportaturi, min-naħa l-oħra, jista’ jiġi ġġustifikat b’mod partikolari mill-fatt li dawn il-kampjuni għandhom għanijiet differenti. Fil-fatt, fir-rigward tal-kampjun tal-produtturi-esportaturi, l-għan tiegħu huwa li jiġu inklużi l-ikbar numru possibbli ta’ importazzjonijiet, sabiex il-prezzijiet medji tal-importazzjoni kkonstatati għal kull tip ta’ prodott ikunu qrib kemm jista’ jkun mal-medja reali u jirriflettu kemm jista’ jkun possibbli l-pressjoni fuq il-prezzijiet subita mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, dan iservi biex jiġi aċċertat jekk il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni kkonstatati għal kull tip ta’ prodott jeżerċitawx effetti simili fuq il-produtturi kollha tal-Unjoni jew jekk teżistix kategorija speċifika ta’ produtturi tal-Unjoni li hija affettwata partikolarment. Barra minn hekk, kampjun ma għandux neċessarjament jirrifletti l-firxa ġeografika u l-piż eżatti tal-Istati Membri produtturi, billi din il-firxa hija biss wieħed mill-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività.

    (ara l-punti 87, 88, 90)