Kawża C‑657/13

Verder LabTec GmbH & Co. KG

vs

Finanzamt Hilden

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Restrizzjonijiet — Irkupru f’diversi stadji tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali mhux irrealizzat — Preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

  1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Limiti — Domandi ipotetiċi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni

    (Artikolu 49 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Trasferiment tal-attiv ta’ kumpannija li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat lejn Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iżvelar tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ dan l-attiv u l-irkupru f’diversi stadji fuq għaxar snin tat-taxxa relatata miegħu — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Kundizzjoni — Proporzjonalità

    (Artikolu 49 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29, 30)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 32‑35)

  3.  L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li, fil-każ tat-trasferiment ta’ attiv ta’ kumpannija stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru lil stabbiliment permanenti ta’ din il-kumpannija li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tipprevedi l-iżvelar tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ dan l-attiv, li ġie ġġenerat fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, it-tassazzjoni ta’ dan il-qligħ kapitali u l-irkupru f’diversi stadji fuq għaxar snin tat-taxxa relatata miegħu.

    Huwa minnu li tali leġiżlazzjoni fiskali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE sa fejn l-iżvelar tal-imsemmi qligħ kapitali u t-tassazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma jseħħux fil-kuntest ta’ trasferiment simili fit-territorju nazzjonali, fejn dan il-qligħ kapitali mhux irrealizzat jiġi ntaxxat biss meta dan effettivament isir.

    Madankollu, din ir-restrizzjoni tista’ tiġi oġġettivament iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, l-imsemmija leġiżlazzjoni fiskali hija xierqa sabiex tiggarantixxi l-preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, peress li hija tirrigwarda t-trasferiment ta’ attiv lil stabbiliment permanenti li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru inkwistjoni, li d-dħul tiegħu huwa eżentat mit-taxxa f’dan l-aħħar Stat Membru.

    Għalhekk, l-iżvelar tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat mal-attiv ittrasferit, iġġenerat qabel dan it-trasferiment fil-kuntest tal-kompetenza fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni, kif ukoll it-tassazzjoni tiegħu huma intiżi li jiggarantixxu t-tassazzjoni ta’ dan il-qligħ kapitali mhux irrealizzat, iġġenerat fil-kuntest tal-kompetenza fiskali ta’ dan l-Istat Membru. It-tassazzjoni tad-dħul relatat ma’ dan l-attiv iġġenerat wara tali trasferiment hija kompetenza tal-Istat Membru ta’ fejn jinsab l-istabbiliment permanenti.

    Irkupru f’diversi stadji tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali mhux irrealizzat fuq għaxar snin, minflok irkupru immedjat, jikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jintlaħaq l-għan tal-preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.

    (ara l-punti 37, 39, 40, 46, 47, 51‑53 u d-dispożittiv)

Kawża C‑657/13

Verder LabTec GmbH & Co. KG

vs

Finanzamt Hilden

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Restrizzjonijiet — Irkupru f’diversi stadji tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali mhux irrealizzat — Preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

  1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Limiti – Domandi ipotetiċi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni

    (Artikolu 49 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Trasferiment tal-attiv ta’ kumpannija li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat lejn Stat Membru ieħor – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iżvelar tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ dan l-attiv u l-irkupru f’diversi stadji fuq għaxar snin tat-taxxa relatata miegħu – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Kundizzjoni – Proporzjonalità