Kawża C‑605/13 P
Issam Anbouba
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana — Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi — Sensiela ta’ indizji”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal‑21 ta’ April 2015
Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Deċiżjoni 2011/273/PESK u Regolament Nru 442/2011 – Preżunzjoni ta’ appoġġ għar-reġim Sirjan kontra d-diretturi tal-impriżi prinċipali fis-Sirja – Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Portata tal-istħarriġ
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għal annullament minn persuna li tibbenefika mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan suġġetta għal deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi – Tqassim tal-oneru tal-prova – Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata, mill-Qorti Ġenerali, tal-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ta’ appoġġ min-naħa tal-Kunsill fil-kuntest ta’ deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi meħuda kontra persuna li tibbenefika mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan – Konsegwenzi – Annullament tas-sentenza appellata – Assenza – Kundizzjoni – Stħarriġ suffiċjentement skont il-liġi, mill-Qorti Ġenerali, tal-eżistenza ta’ bażi fattwali suffiċjentement solida insostenn tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
L-Artikoli 3(1) u 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/273, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522, jirrigwardaw b’mod partikolari l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan jew li jappoġġawh kif ukoll il-persuni u entitajiet konnessi miegħu, filwaqt li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 442/2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011, jirrigwarda b’mod partikolari l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw mill-appoġġ tar-reġim jew li jsostnuh, kif ukoll il-persuni u l-entitajiet li huma assoċjati magħhom.
La d-Deċiżjoni 2011/273 u lanqas ir-Regolament Nru 442/2011 ma jinkludu definizzjoni tal-kunċetti ta’ “benefiċċju” jew ta’ “sostenn” mislut mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan, ta’ “appoġġ” mogħti lil dan ir-reġim, u lanqas dak ta’ “assoċjazzjoni” mal-persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika jew mis-sostenn tar-reġim Sirjan jew li jsostnuh. Huma lanqas ma jinkludu preċiżazzjonijiet dwar il-modalitajiet ta’ prova ta’ dawn l-elementi.
Konsegwentement, la d-Deċiżjoni 2011/273 u lanqas ir-Regolament Nru 442/2011 ma jintroduċu preżunzjoni ta’ appoġġ lir-reġim Sirjan kontra diretturi tal-impriżi prinċipali fis-Sirja.
(ara l-punti 41-43)
L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li, għall-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li isem ta’ persuna jiġi inkluż fil-lista ta’ persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni, li għandha portata individwali għal din il-persuna, tkun tistrieħ fuq bażi fattwali u solida biżżejjed. Dan jinvolvi verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li hemm wara sabiex jiġi vverifikat jekk dawn il-motivi jew, mill-inqas, wieħed minnhom meqjus biżżejjed fih innifsu biex isostni din id-deċiżjoni, humiex issostanzjati. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità tas-sitwazzjoni, li tagħmel parti mill-istħarriġ tal-proporzjonalità tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jidħlu dawn il-miżuri, mill-fatt li kien urġenti li jiġu adottati tali miżuri li għandhom bħala għan li joħolqu pressjoni fuq ir-reġim Sirjan sabiex iwaqqaf ir-repressjoni vjolenti diretta kontra l-popolazzjoni, u mid-diffikultà sabiex jinkisbu provi iktar preċiżi fi Stat f’sitwazzjoni ta’ gwerra ċivili b’reġim ta’ natura awtoritarja.
(ara l-punti 45, 46)
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill jissodisfa l-oneru tal-prova meħtieġ min-naħa tiegħu jekk jistabbilixxi quddiem il-qorti tal-Unjoni sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-persuna suġġetta għal miżura ta’ ffriżar tal-fondi tagħha u r-reġim li kontrih tkun qed tittieħed azzjoni.
(ara l-punt 52)
Peress li l-Qorti Ġenerali stħarrġet il-fondatezza tal-inklużjoni ta’ persuna fil-listi tal-persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi abbażi ta’ sensiela ta’ indizji relatati mas-sitwazzjoni, mal-funzjonijiet u mar-relazzjonijiet tagħha fil-kuntest tar-reġim Sirjan li ma ġewx ikkonfutati mill-persuna kkonċernata, ir-riferiment, fis-sentenza appellata, għal preżunzjoni ta’ appoġġ lill-imsemmi reġim, meta l-atti kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja ma jistabbilixxux tali preżunzjoni, ma huwiex tali li jaffettwa l-legalità tas-sentenza appellata sa fejn mill-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li din stħarrġet suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza ta’ bażi fattwali suffiċjentement solida insostenn tal-inklużjoni tal-imsemmija persuna fil-listi kkunsidrati.
(ara l-punt 54)
1. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Deċiżjoni 2011/273/PESK u Regolament Nru 442/2011 — Preżunzjoni ta’ appoġġ għar-reġim Sirjan kontra d-diretturi tal-impriżi prinċipali fis-Sirja — Assenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
2. Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Portata tal-istħarriġ
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
3. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Rikors għal annullament minn persuna li tibbenefika mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan suġġetta għal deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi — Tqassim tal-oneru tal-prova — Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
4. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata, mill-Qorti Ġenerali, tal-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ta’ appoġġ min-naħa tal-Kunsill fil-kuntest ta’ deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi meħuda kontra persuna li tibbenefika mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan — Konsegwenzi — Annullament tas-sentenza appellata — Assenza — Kundizzjoni — Stħarriġ suffiċjentement skont il-liġi, mill-Qorti Ġenerali, tal-eżistenza ta’ bażi fattwali suffiċjentement solida insostenn tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi
(Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK)
1. L-Artikoli 3(1) u 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/273, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522, jirrigwardaw b’mod partikolari l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan jew li jappoġġawh kif ukoll il-persuni u entitajiet konnessi miegħu, filwaqt li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 442/2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011, jirrigwarda b’mod partikolari l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw mill-appoġġ tar-reġim jew li jsostnuh, kif ukoll il-persuni u l-entitajiet li huma assoċjati magħhom.
La d-Deċiżjoni 2011/273 u lanqas ir-Regolament Nru 442/2011 ma jinkludu definizzjoni tal-kunċetti ta’ “benefiċċju” jew ta’ “sostenn” mislut mill-politika mmexxija mir-reġim Sirjan, ta’ “appoġġ” mogħti lil dan ir-reġim, u lanqas dak ta’ “assoċjazzjoni” mal-persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika jew mis-sostenn tar-reġim Sirjan jew li jsostnuh. Huma lanqas ma jinkludu preċiżazzjonijiet dwar il-modalitajiet ta’ prova ta’ dawn l-elementi.
Konsegwentement, la d-Deċiżjoni 2011/273 u lanqas ir-Regolament Nru 442/2011 ma jintroduċu preżunzjoni ta’ appoġġ lir-reġim Sirjan kontra diretturi tal-impriżi prinċipali fis-Sirja.
(ara l-punti 41-43)
2. L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li, għall-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li isem ta’ persuna jiġi inkluż fil-lista ta’ persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni, li għandha portata individwali għal din il-persuna, tkun tistrieħ fuq bażi fattwali u solida biżżejjed. Dan jinvolvi verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li hemm wara sabiex jiġi vverifikat jekk dawn il-motivi jew, mill-inqas, wieħed minnhom meqjus biżżejjed fih innifsu biex isostni din id-deċiżjoni, humiex issostanzjati. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità tas-sitwazzjoni, li tagħmel parti mill-istħarriġ tal-proporzjonalità tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jidħlu dawn il-miżuri, mill-fatt li kien urġenti li jiġu adottati tali miżuri li għandhom bħala għan li joħolqu pressjoni fuq ir-reġim Sirjan sabiex iwaqqaf ir-repressjoni vjolenti diretta kontra l-popolazzjoni, u mid-diffikultà sabiex jinkisbu provi iktar preċiżi fi Stat f’sitwazzjoni ta’ gwerra ċivili b’reġim ta’ natura awtoritarja.
(ara l-punti 45, 46)
3. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill jissodisfa l-oneru tal-prova meħtieġ min-naħa tiegħu jekk jistabbilixxi quddiem il-qorti tal-Unjoni sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-persuna suġġetta għal miżura ta’ ffriżar tal-fondi tagħha u r-reġim li kontrih tkun qed tittieħed azzjoni.
(ara l-punt 52)
4. Peress li l-Qorti Ġenerali stħarrġet il-fondatezza tal-inklużjoni ta’ persuna fil-listi tal-persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi abbażi ta’ sensiela ta’ indizji relatati mas-sitwazzjoni, mal-funzjonijiet u mar-relazzjonijiet tagħha fil-kuntest tar-reġim Sirjan li ma ġewx ikkonfutati mill-persuna kkonċernata, ir-riferiment, fis-sentenza appellata, għal preżunzjoni ta’ appoġġ lill-imsemmi reġim, meta l-atti kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja ma jistabbilixxux tali preżunzjoni, ma huwiex tali li jaffettwa l-legalità tas-sentenza appellata sa fejn mill-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li din stħarrġet suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza ta’ bażi fattwali suffiċjentement solida insostenn tal-inklużjoni tal-imsemmija persuna fil-listi kkunsidrati.
(ara l-punt 54)