Kawża C‑564/13 P

Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni — Artikolu 272 TFUE — Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb — Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni — Azzjoni dikjaratorja — Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

  1. Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament permezz tal-Artikoli 256 TFUE u 272 TFUE u tal-klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dikjaratorja – Evalwazzjoni

    (Artikoli 256 TFUE u 272 TFUE)

  2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Azzjoni dikjaratorja

    (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

  1.  Skont l-Artikolu 272 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 256 TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, fl-ewwel istanza, bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt ta’ dritt pubbliku jew ta’ dritt privat li sar mill-Unjoni jew f’isimha. Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 272 TFUE jikkostitwixxi dispożizzjoni speċifika li tippermetti li tiġi adita l-qorti tal-Unjoni bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ stipulata mill-partijiet għal kuntratti ta’ dritt pubbliku jew ta’ dritt privat, u dan mingħajr limitazzjoni marbuta man-natura tal-azzjoni ppreżentata quddiem il-qorti tal-Unjoni.

    Skont il-klawżola ta’ arbitraġġ inkluża fil-kuntratti inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-każ, għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-tilwim bejn l-Unjoni u l-kontraenti fir-rigward tal-validità, tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni ta’ dawn il-kuntratti. Minn dan jirriżulta li din il-klawżola ta’ arbitraġġ lanqas ma tillimita l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tan-natura tal-azzjoni. Fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, l-imsemmija klawżola ta’ arbitraġġ hija f’dan is-sens tali li tagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti Ġenerali jew lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dikjaratorja, bħal dik inkwistjoni, li tirrigwarda tilwima bejn l-Unjoni u r-rikorrenti fir-rigward tal-validità, tal-applikazzjoni jew tal-interpretazzjoni tal-imsemmija kuntratti.

    (ara l-punti 22, 23, 25, 26)

  2.  L-interess ġuridiku fil-kuntest ta’ azzjoni dikjaratorja għandu, fid-dawl tas-suġġett tar-rikors, jeżisti fl-istadju tal-preżentata tiegħu, taħt piena ta’ inammissibbiltà.

    Rikorrent ma għandux raġuni jsostni li, fid-data tal-preżentata tal-azzjoni dikjaratorja tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa kellu interess ċert u attwali li kien jirrikjedi protezzjoni ġuridika, mill-mument fejn ma kienet għadha saret ebda talba mid-dipartiment kompetenti tal-Kummissjoni għall-ħlas lura tal-ispejjeż imħallsa fil-kuntest tal-kuntratti inkwistjoni. Barra minn hekk, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż kontenzjużi kienet suġġetta għal proċedura ta’ verifika, li hija biss proċedura preliminari u preparatorja, separata mill-proċedura li tista’ eventwalment tagħti lok għal irkupru, fejn din tal-aħħar issir mid-dipartimenti operattivi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-punt dwar jekk, u kemm, l-imsemmija spejjeż jistgħu effettivament jagħtu lok għal talba għal ħlas lura min-naħa tal-Kummissjoni kien għadu inċert.

    (ara l-punti 31, 32, 34, 35)

Kawża C‑564/13 P

Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni — Artikolu 272 TFUE — Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb — Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni — Azzjoni dikjaratorja — Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

  1. Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament permezz tal-Artikoli 256 TFUE u 272 TFUE u tal-klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dikjaratorja — Evalwazzjoni

    (Artikoli 256 TFUE u 272 TFUE)

  2. Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Azzjoni dikjaratorja