Kawża C‑540/13

Il-Parlament Ewropew

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Rikors għal annullament — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Iffissar tad-data li fiha deċiżjoni preċedenti ssir effettiva — Determinazzjoni tal-bażi legali — Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Bażi legali sekondarja — Konsultazzjoni mal-Parlament”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015

  1. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))

  2. Kooperazzjoni tal-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2013/392 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra – Bażi legali – Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 – Tħassir tal-Artikolu 34 UE – Assenza ta’ effett fuq il-legalità tad-Deċiżjoni 2013/392

    (Artikolu 34 UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2), u 2013/392)

  3. Atti tal-istituzzjonijiet – Proċedura għall-adozzjoni – Regoli tat-Trattati – Natura imperattiva – Possibbiltà għal istituzzjoni li tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji – Assenza

  4. Kooperazzjoni tal-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra – Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(2) tal-imsemmija deċiżjoni – Interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE li jirregolaw, fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2013/392, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 – Obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta lill-Parlament qabel l-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2013/392 – Tħassir tal-Artikolu 39(1) UE – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 39(1) UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2) u 2013/392)

  5. Kooperazzjoni tal-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra – Artikolu 18(2) tal-imsemmija deċiżjoni – Kompatibbiltà mar-regoli proċedurali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona – Dispożizzjonijiet tranżitorji – Interpretazzjoni

    (Protokoll Nruo36 anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, Artikolu 9; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2), u 2013/392)

  6. Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Deċiżjoni 2013/392 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra– Riskju ta’ ostakolu għall-aċċess għas-sistema ċċitata iktar ’il fuq u ta’ preġudizzju għaż-żamma tal-ordni pubbliku – Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni annullata sad-dħul fis-seħħ ta’ att ġdid intiż li jissostitwixxiha

    (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633 u 2013/392)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 9)

  2.  Fir-rigward tal-bażi legali li abbażi tagħha d-Deċiżjoni 2013/392, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra, ġiet adottata, din id-deċiżjoni ma tirreferix għall-Artikolu 34 UE u l-premessi tagħha jirreferu espliċitament għat-Trattat FUE, kif ukoll għall-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633.

    Għalhekk ma jistax jitqies, fid-dawl tal-formulazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/392, li għandha, fil-prinċipju, sabiex tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, tindika l-bażi legali li fuqha hija bbażata, li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 34 UE.

    B’mod partikolari, iċ-ċirkustanza li l-Artikolu 34(2)(ċ) UE kkostitwixxa l-unika bażi legali possibbli għall-adozzjoni ta’ miżura bħad-deċiżjoni 2013/392, anki jekk tiġi preżunta stabbilita, hija, f’dan ir-rigward, irrilevanti, sa fejn l-għażla espliċita tal-Kunsill li jsemmi, fid-Deċiżjoni 2013/392, mhux din id-dispożizzjoni, iżda t-Trattat FUE u l‑Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 jindika b’mod ċar li d-Deċiżjoni 2013/392 hija bbażata fuq din l-aħħar dispożizzjoni.

    Minn dan jirriżulta li t-tħassir tal-Artikolu 34 UE mit-Trattat ta’ Lisbona ma għandux l-effett li jneħħi l-bażi legali tad-Deċiżjoni 2013/392.

    (ara l-punti 18, 19, 21, 22)

  3.  Sa fejn ir-regoli li jiddeterminaw il-mod kif l-istituzzjonijiet Komunitarji jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattati u ma jaqgħux fid-diskrezzjoni la tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess, it-Trattati biss jistgħu, f’każijiet partikolari, jawtorizzaw lil istituzzjoni temenda proċedura deċiżjonali li huma jistabbilixxu. Barra minn hekk, jekk jiġi rrikonoxxut li istituzzjoni tkun tista’ tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji, kemm sabiex issaħħaħ jew sabiex tissemplifika l-modalitajiet għall-adozzjoni ta’ att, ikun ifisser li din l-istituzzjoni tkun qed tingħata setgħa leġiżlattiva li teċċedi dik prevista mit-Trattati.

    Din is-soluzzjoni għandha tiġi applikata mhux biss għall-bażijiet legali li jippermettu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, iżda wkoll għal dawk previsti f’att ta’ dritt sekondarju li jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-att billi jsaħħu jew jissemplifikaw il-modalitajiet għall-adozzjoni ta’ tali miżuri previsti fit-Trattati.

    Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li t-Trattati jipprevedu li l-Parlament u l-Kunsill jistabbilixxu ċerti regoli dwar l-eżerċizzju ta’ kompetenzi ta’ eżekuzzjoni mill-Kummissjoni, xorta jibqa’ l-fatt li r-regoli speċifiċi dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni previsti fit-Trattati jorbtu lill-istituzzjonijiet bl-istess mod bħal dawk dwar l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi u ma jistgħux għalhekk jiġu invalidati minn atti ta’ dritt sekondarju.

    (ara l-punti 32-34)

  4.  Billi l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ dritt eżistenti fid-data meta jkun ġie adottat dan l-att, il-legalità tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633, li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra, għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li kienu jirregolaw, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2013/393, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633, jiġifieri l-Artikoli 34(2)(ċ) UE u 39(1) UE.

    Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Kunsill, billi jaġixxi skont il-każ b’unanimità jew b’maġġoranza kkwalifikata, jadotta, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament, id-deċiżjonijiet li għal kull fini jkunu konformi mal-għanijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 34(2)(a) u (b) UE u l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

    F’dan ir-rigward, għandu ċertament jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 ma tipprevedix obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta l-Parlament qabel ma jadotta l-miżura prevista minn din id-dispożizzjoni.

    Madankollu, test tad-dritt sekondarju tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, fis-sens tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

    Għaldaqstant, billi, minn naħa, l-obbligu li att ta’ dritt sekondarju jiġi interpretat konformement mad-dritt primarju jirriżulta mill-prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni li jgħid li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, sa fejn huwa possibbli, b’mod li ma jqegħidx inkwistjoni l-legalità tagħha u, min-naħa l-oħra, il-legalità tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 għandha tiġi evalwata b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 39(1) UE, din l-ewwel dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod li jkun konsistenti ma’ din tal-aħħar.

    Konsegwentement, l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 għandu jiġi interpretat, konformement mal-Artikolu 39(1) UE, fis-sens li ma jippermettix lill-Kunsill jadotta att sabiex jistabbilixxi d-data li fiha din id-deċiżjoni ssir effettiva ħlief wara li jkun ikkonsulta l-Parlament.

    Barra minn hekk, it-tħassir tal-Artikolu 39(1) UE wara l-adozzjoni tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 ma jistax ineħħi l-obbligu li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata konformement mal-Artikolu 39(1) UE.

    (ara l-punti 35-40, 57)

  5.  Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633, li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra, mar-regoli tal-proċedura applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji fih dispożizzjonijiet li jirrigwardaw speċifikament is-sistema legali applikabbli, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat, għal atti adottati abbażi tat-Trattat UE qabel din id-data.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 9 ta’ dan il-protokoll jipprevedi li l-effetti legali ta’ tali atti għandhom jinżammu sakemm dawn l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implementazzjoni tat-Trattati.

    Dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-ewwel premessa tal-imsemmi protokoll, li jippreċiża li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi organizzata t-tranżizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u dawk previsti minn dan it-Trattat.

    B’hekk, billi t-Trattat ta’ Lisbona biddel sostanzjalment il-qafas istituzzjonali tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jinftiehem fis-sens li dan huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jiżgura li l-atti adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jiġu applikati b’mod effettiv minkejja l-bidla fil-qafas istituzzjonali tal-imsemmija kooperazzjoni.

    Issa, jekk jiġi milqugħ l-argument li jgħid li t-tħassir, permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, tal-proċeduri speċifiċi għall-adozzjoni ta’ miżuri li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali tirrendi impossibbli l-adozzjoni ta’ tali miżuri skont il-kundizzjonijiet previsti minn atti ġenerali adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni qabel ma jkunu ġew emendati dawn l-atti sabiex jiġu adattati għat-Trattat ta’ Lisbona, dan ikollu l-effett li jikkomplika jew anki jipprekludi, l-applikazzjoni effettiva tal-imsemmija atti, sabiex b’hekk tiġi kompromessa l-kisba tal-għanijiet li l-awturi tat-Trattat riedu jilħqu.

    Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji proposta mill-Parlament, skont liema dan l-artikolu jimplika biss li l-atti li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali ma jitħassrux awtomatikament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, iċċaħħad lil dan l-artikolu minn kull effettività.

    Konsegwentement, dispożizzjoni ta’ att adottat regolarment abbażi tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li tistabbilixxi l-modalitajiet għall-adozzjoni ta’ miżuri oħra tkompli tipproduċi l-effett legali tagħha sakemm din ma tkunx ġiet imħassra, annullata jew emendata u tippermetti l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri skont il-proċedura kif iddefinita minnha.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 kien jipprevedi modalitajiet għall-adozzjoni ta’ miżura bħad-Deċiżjoni 2013/392, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633, imsaħħa jew issemplifikati meta mqabbla mal-proċedura prevista għal dan il-għan mit-Trattat FUE ma jistax jimplika li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi bażi legali sekondarja illegali li l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi eskluża permezz ta’ eċċezzjoni.

    (ara l-punti 41-48)

  6.  Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, jekk tqis li huwa neċessarju, tiddikjara liema mill-effetti ta’ att annullat għandhom jitqiesu li huma definittivi.

    F’dan ir-rigward, deċiżjoni li tannulla d-Deċiżjoni 2013/392, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra, mingħajr ma tipprevedi ż-żamma tal-effetti tagħha twassal sabiex jiġi ostakolat l-aċċess għall-imsemmija sistema u, għalhekk, tiġi ppreġudikata ż-żamma tal-ordni pubbliku.

    Għaldaqstant, l-effetti tad-Deċiżjoni 2013/392 għandhom jinżammu sakemm jidħol fis-seħħ att ġdid intiż għas-sostituzzjoni tagħha.

    (ara l-punti 62-64)

Keywords
Summary

Keywords

1. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))

2. Kooperazzjoni tal-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali –Deċiżjoni 2013/392 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra — Bażi legali — Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2008/633 — Tħassir tal-Artikolu 34 UE — Assenza ta’ effett fuq il-legalità tad-Deċiżjoni 2013/392

(Artikolu 34 UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2), u 2013/392)

3. Atti tal-istituzzjonijiet — Proċedura għall-adozzjoni — Regoli tat-Trattati — Natura imperattiva — Possibbiltà għal istituzzjoni li tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji — Assenza

4. Kooperazzjoni tal-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali –Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(2) tal-imsemmija deċiżjoni — Interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE li jirregolaw, fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2013/392, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 — Obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta lill-Parlament qabel l-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2013/392 — Tħassir tal-Artikolu 39(1) UE — Assenza ta’ effett

(Artikolu 39(1) UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2) u 2013/392)

5. Kooperazzjoni tal-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali –Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra — Artikolu 18(2) tal-imsemmija deċiżjoni — Kompatibbiltà mar-regoli proċedurali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Interpretazzjoni

(Protokoll Nruº36 anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, Artikolu 9; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/633, Artikolu 18(2), u 2013/392)

6. Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja –Deċiżjoni 2013/392 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra– Riskju ta’ ostakolu għall-aċċess għas-sistema ċċitata iktar 'il fuq u ta’ preġudizzju għaż-żamma tal-ordni pubbliku — Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni annullata sad-dħul fis-seħħ ta’ att ġdid intiż li jissostitwixxiha