Kawża C‑534/13

Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et

vs

Fipa Group Srl et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 191(2) TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-awtorità li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin li ma kkontribwixxewx għal dan it-tniġġis, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015

  1. Ambjent – Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Artikolu 191(2) TFUE – Invokabbiltà mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jimponu miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju – Assenza

    (Artikoli 191(2) TFUE u 192 TFUE)

  2. Ambjent – Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali – Responsabbiltà ambjentali – Direttiva 2004/35 – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Impossibbiltà li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu minn dan il-miżuri ta’ rimedju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi, imwettqa mill-awtorità kompetenti, mill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin li ma kkontribwixxewx għal dan it-tniġġis – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/35)

  1.  Peress li l-Artikolu 191(2) TFUE, li jinkludi l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, japplika għall-azzjoni tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata bħala tali minn individwi bl-iskop li tiġi eskluża leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-politika ambjentali, meta l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata abbażi tal-Artikolu 192 TFUE li tkopri speċifikament is-sitwazzjoni kkonċernata ma tkun applikabbli.

    Bl-istess mod, l-Artikolu 191(2) TFUE ma jistax jiġi invokat mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ambjent sabiex jimponu, fl-assenza ta’ bażi legali nazzjonali, miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju.

    (ara l-punti 40, 41)

  2.  Id-Direttiva 2004/35, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta huwa impossibbli li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu l-miżuri ta’ rimedju minnu, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju lill-proprjetarju ta’ din l-art, li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis, b’dan ikun biss meħtieġ li jirrimborsa l-ispejjeż għall-interventi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, stabbiliti wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.

    (ara l-punt 63 u d-dispożittiv)

Kawża C‑534/13

Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et

vs

Fipa Group Srl et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 191(2) TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-awtorità li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin li ma kkontribwixxewx għal dan it-tniġġis, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015

  1. Ambjent — Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Artikolu 191(2) TFUE — Invokabbiltà mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jimponu miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju — Assenza

    (Artikoli 191(2) TFUE u 192 TFUE)

  2. Ambjent — Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali — Responsabbiltà ambjentali — Direttiva 2004/35 — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Impossibbiltà li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu minn dan il-miżuri ta’ rimedju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi, imwettqa mill-awtorità kompetenti, mill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin li ma kkontribwixxewx għal dan it-tniġġis — Ammissibbiltà