Kawża C‑470/13

Generali-Providencia Biztosító Zrt

vs

Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Kuntratti li ma jilħqux il-limitu previst mid-Direttiva 2004/18/KE — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Applikabbiltà — Interess transkonfinali ċert — Kawżi ta’ esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur tar-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonstatat permezz ta’ sentenza mogħtija inqas minn ħames snin ilu — Ammissibbiltà — Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom – Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 7)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratt ta’ valur inferjuri għal limitu stabbilit mid-direttiva – Esklużjoni – Applikazzjoni tar-regoli fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE – Kundizzjoni – Kuntratt li jippreżenta interess transkonfinali ċert

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 7)

  3. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  4. Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Obbligi tal-awtoritajiet kontraenti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta’ trasparenza

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  5. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Għoti ta’ kuntratti – Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt – Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità – Kunċett – Interpretazzjoni – Twettiq ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni kkonstatat permezz ta’ sentenza li kisbet is-saħħa ta’ res judicata – Inklużjoni

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 7 u 45(2)(d))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 22, 23, 25)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 27)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28, 29)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 31, 32)

  5.  L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE ma jipprekludux l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-parteċipazzjoni f’proċedura ta’ sejħa għal offerti ta’ operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, ikkonstatat minn deċiżjoni ġudizzjarja li tkun kisbet is-saħħa ta’ res judicata, u li minħabba fih tkun ġiet imposta fuqu multa.

    Fil-fatt, il-kunċett ta’ “kondotta professjonali ħażina”, fis-sens tal-Artikolu 45(2)(d), tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata bir-Regolament Nru 117/2009, ikopri kull aġir ħażin li għandu rilevanza fuq il-kredibbiltà professjonali tal-operatur inkwistjoni u mhux biss il-ksur tal-kodiċi tal-etika fis-sens strett tal-professjoni li għaliha jappartjeni dan l-operatur. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li t-twettiq ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta dan il-ksur kien ġie ssanzjonat permezz ta’ multa, jikkostitwixxi kawża ta’ esklużjoni li taqa’ taħt l-imsemmi Artikolu 45(2)(d).

    Barra minn hekk, jekk tali klawżola ta’ esklużjoni hija possibbli b’applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18, hija għandha a fortiori titqies li hija ġġustifikata għal dak li jirrigwarda l-kuntratti pubbliċi li ma jilħqux il-limitu rilevanti ddefinit fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva u li, konsegwentement, ma humiex suġġetti għall-proċeduri partikolari u stretti previsti minn din l-istess direttiva.

    (ara l-punti 34-36, 39 u d-dispożittiv)

Kawża C‑470/13

Generali-Providencia Biztosító Zrt

vs

Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Kuntratti li ma jilħqux il-limitu previst mid-Direttiva 2004/18/KE — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Applikabbiltà — Interess transkonfinali ċert — Kawżi ta’ esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur tar-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonstatat permezz ta’ sentenza mogħtija inqas minn ħames snin ilu — Ammissibbiltà — Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom — Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 7)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratt ta’ valur inferjuri għal limitu stabbilit mid-direttiva — Esklużjoni — Applikazzjoni tar-regoli fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE — Kundizzjoni — Kuntratt li jippreżenta interess transkonfinali ċert

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 7)

  3. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  4. Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Obbligi tal-awtoritajiet kontraenti — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta’ trasparenza

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  5. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Kunċett — Interpretazzjoni — Twettiq ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni kkonstatat permezz ta’ sentenza li kisbet is-saħħa ta’ res judicata — Inklużjoni