Affaire C‑453/13
The Queen, fuq talba ta’: Newby Foods Ltd
vs
Food Standards Agency
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)]
“Protezzjoni tas-saħħa — Regolament (KE) Nru 853/2004 — Regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali — Anness I, punti 1.14 u 1.15 — Kunċetti ta’ ’laħam separat mekkanikament’ u ta’ ‘preparati tal-laħam’ — Regolament (KE) Nru 999/2001 — Prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu — Protezzjoni tal-konsumatur — Direttiva 2000/13/KE — Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014
Saħħa pubblika – Iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali – Protezzjoni tal-konsumaturi – Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel – Kunċett ta’ “laħam separat mekkanikament” – Prodott miksub permezz tat-tneħħija mekkanika tal-laħam minn mal-għadam miksija bil-laħam wara li jkun tneħħa l-għadam jew mill-karkassi tal-pollam – Inklużjoni
Kundizzjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13, Anness I) (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 853/2004, Anness I, punti 1.14 u 1.15)
Il-punti 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament Nru 853/2004, li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prodott miksub permezz tat-tneħħija mekkanika tal-laħam minn mal-għadam miksija bil-laħam wara li jkun tneħħa l-għadam jew mill-karkassi tal-pollam għandu jiġi kklassifikat bħala laħam separat mekkanikament fis-sens tal-imsemmi punt 1.14 peress li l-proċess użat iwassal għat-telf jew għal modifika tal-istruttura tal-fibra tal-muskoli ikbar minn dik strettament lokalizzata fil-punt fejn issir il-qata’, indipendentement mill-fatt li l-teknika użata ma tibdilx l-istruttura tal-għadam użat. Tali prodott ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “preparati tal-laħam” fis-sens tal-imsemmi punt 1.15.
Fil-fatt, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “laħam separat mekkanikament” li tinsab fl-Anness I, punt 1.14 tal-imsemmi regolament isserraħ fuq tliet kriterji kumulattivi li għandhom jinqraw flimkien ma’ xulxin, jiġifieri, fl-ewwel lok, l-użu ta’ għadam li l-muskoli sħaħ tagħhom ikunu diġà tneħħew minn magħhom jew karkassi tal-pollam, li jkun għad fadal laħam imwaħħal magħhom, fit-tieni lok, l-użu ta’ proċessi mekkaniċi ta’ separazzjoni sabiex jiġi rkuprat dan il-laħam u, fit-tielet lok, it-telf jew il-modifika tal-istruttura tal-fibra tal-muskoli ta’ laħam hekk irkuprata minħabba l-użu tal-imsemmija proċessi. B’mod partikolari, din id-definizzjoni ma tagħmel l-ebda distinzjoni dwar il-grad ta’ telf jew ta’ modifika tal-istruttura tal-fibra tal-muskoli, b’tali mod li kwalunkwe telf jew modifika ta’ din l-istruttura huwa meħud inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni. Għaldaqstant, kull prodott tal-laħam li jissodisfa dawn it-tliet kriterji għandu jiġi kkwalifikat bħala laħam separat mekkanikament, indipendentement mill-grad ta’ telf jew ta’ modifika tal-istruttura tal-fibra tal-muskoli, sa fejn, minħabba l-proċess użat, dan it-telf jew modifika huwa ikbar minn dak strettament lokalizzat fil-post fejn isir il-qtugħ.
(ara l-punti 41, 42, 67 u d-dispożittiv)
Affaire C‑453/13
The Queen, fuq talba ta’: Newby Foods Ltd
vs
Food Standards Agency
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)]
“Protezzjoni tas-saħħa — Regolament (KE) Nru 853/2004 — Regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali — Anness I, punti 1.14 u 1.15 — Kunċetti ta’ ’laħam separat mekkanikament’ u ta’ ‘preparati tal-laħam’ — Regolament (KE) Nru 999/2001 — Prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu — Protezzjoni tal-konsumatur — Direttiva 2000/13/KE — Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014
Saħħa pubblika — Iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali — Protezzjoni tal-konsumaturi — Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel — Kunċett ta’ “laħam separat mekkanikament” — Prodott miksub permezz tat-tneħħija mekkanika tal-laħam minn mal-għadam miksija bil-laħam wara li jkun tneħħa l-għadam jew mill-karkassi tal-pollam — Inklużjoni