Kawża C‑443/13

Ute Reindl

vs

Bezirkshauptmannschaft Innsbruck

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Regolament (KE) Nru 2073/2005 — Anness I — Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel — Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi kkonstatat fl-istadju tad-distribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut — Konformità mad-dritt tal-Unjoni — Natura effettiva, dissważiva u proporzjonata tas-sanzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014

  1. Agrikoltura – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji – Laħam frisk tat-tjur – Kontrolli tas-salmonella u ta’ aġenti zoonotiċi oħrali jkun hemm fl-ikel – Obbligu ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel – Portata

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2160/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, punt 1 tal-Anness II, E, punt 1; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2073/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, premessa 1 u r-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I)

  2. Agrikoltura – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji – Laħam frisk tat-tjur – Kontrolli tas-salmonella u ta’ aġenti zoonotiċi oħrali jkun hemm fl-ikel – Obbligu ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Natura proporżjonata tas-sanzjoni – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002, Artikolu 17(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2073/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I)

  1.  Il-punt 1 tal-Anness II, E tar-Regolament Nru 2160/2003, fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament, għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005, dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ tal-imnut.

    Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ obbligu li l-laħam frisk tat-tjur josserva l-imsemmi kriterju mikrobijoloġiku fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ bil-imnut, wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, jiġifieri l-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, li tirreferi għalih il-premessa 1 tar-Regolament Nru 2073/2005, ikun ippreġudikat peress li prodotti tal-ikel li jinkludu mikroorganiżmi fi kwantitajiet li jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jitqiegħdu fis-suq.

    (ara l-punti 28, 30 u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament Nru 178/2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel u Nru 2073/2005, dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li l-attivitajiet tiegħu huma biss fl-istadju tad-distribuzzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-ikel minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk is-sanzjoni tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002.

    F’dan ir-rigward, fil-każ meta s-sistema ta’ sanzjonijiet tkun sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva, tali sistema ma hijiex, bħala tali, sproporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija, meta din is-sistema tkun tali li tħeġġeġ lill-persuni kkonċernati sabiex josservaw id-dispożizzjonijiet ta’ regolament u meta l-għanijiet imfittxija jkollhom interess ġenerali li jista’ jiġġustifika l-implementazzjoni ta’ tali sistema.

    (ara l-punti 36, 37, 42, 44 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑443/13

Ute Reindl

vs

Bezirkshauptmannschaft Innsbruck

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Regolament (KE) Nru 2073/2005 — Anness I — Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel — Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi kkonstatat fl-istadju tad-distribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut — Konformità mad-dritt tal-Unjoni — Natura effettiva, dissważiva u proporzjonata tas-sanzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014

  1. Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Laħam frisk tat-tjur — Kontrolli tas-salmonella u ta’ aġenti zoonotiċi oħrali jkun hemm fl-ikel — Obbligu ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel — Portata

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2160/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, punt 1 tal-Anness II, E, punt 1; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2073/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, premessa 1 u r-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I)

  2. Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Laħam frisk tat-tjur — Kontrolli tas-salmonella u ta’ aġenti zoonotiċi oħrali jkun hemm fl-ikel — Obbligu ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Natura proporżjonata tas-sanzjoni — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali