Kawża C‑440/13

Croce Amica One Italia Srl

vs

Azienda Regionale Emergenza Urgenza (AREU)

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Direttiva 89/665/KEE — Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent — Għoti tal-kuntratt b’mod provviżorju — Investigazzjonijiet kriminali mibdija kontra r-rappreżentant legali tal-offerent rebbieħ — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li ma tagħtix b’mod definittiv il-kuntratt u li tirtira s-sejħa għal offerti — Stħarriġ ġudizzjarju”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Irtirar ta’ sejħa għal offerti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà ta’ rtirar taħt ċerti kundizzjonijiet – Ammissibbiltà – Obbligu għal awtorità kontraenti li twassal sal-aħħar proċedura ta’ għoti wara li tkun għażlet offerent fil-kapaċità tagħha ta’ kontraent – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 41(1), 43 u 45)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ reviżjoni fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u xogħlijiet – Direttiva 89/665 – Irtirar ta’ sejħa għal offerti – Obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu proċedura ta’ appell – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikonoxxi lill-qrati nazzjonali s-setgħa li jeżerċitaw stħarriġ ta’ opportunità fuq id-deċiżjoni ta’ awtorità kontraenti li tirrinunzja li tagħti kuntratt pubbliku – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1))

  1.  L-Artikoli 41(1), 43 u 45 tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni previsti f’dan l-Artikolu 45 ma jkunux issodisfatti, dan l-aħħar artikolu ma jostakolax l-adozzjoni, minn awtorità kontraenti, ta’ deċiżjoni li tirrinunzja li tagħti kuntratt pubbliku li tkun saret sejħa għall-offerti għalih u li ma tagħtix b’mod definittiv dan il-kuntratt lill-unika offerent li jkun baqa’ jikkompeti u li kien ġie ddikjarat bħala offerent b’mod provviżorju.

    Fil-fatt, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jipprovdu, fil-leġiżlazzjoni tagħhom, il-possibbiltà li tiġi adottata deċiżjoni ta’ rtirar ta’ sejħa għal offerti. Ir-raġunijiet ta’ tali deċiżjoni ta’ rtirar jistgħu għalhekk ikunu bbażati fuq raġunijiet, li huma relatati b’mod partikolari mal-evalwazzjoni tal-opportunità, mill-perspettiva tal-interess pubbliku, li titwassal sal-aħħar proċedura ta’ għoti, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, l-emendar eventwali tal-kuntest ekonomiku jew ċirkustanzi fattwali, jew inkella bżonnijiet tal-awtorità kontraenti kkonċernata. Tali deċiżjoni tista’ wkoll tkun ibbażata fuq il-livell insuffiċjenti ta’ kompetizzjoni, minħabba l-fatt li, fl-aħħar tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt ikkonċernat, offerent wieħed biss jibqa’ adattat sabiex jeżegwixxi dan il-kuntratt. Konsegwentement, mingħajr preġudizzju għall-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament, awtorità kontraenti ma tistax tkun obbligata twassal sal-aħħar proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt mibdija u tagħti l-kuntratt inkwistjoni, anki meta jibqa’ biss kontraent wieħed jikkompeti.

    (ara l-punti 35-37 u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u, b’mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istħarriġ previst f’din id-dispożizzjoni jikkostitwixxi stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti, li huwa intiż li jiżgura l-osservanza tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawn ir-regoli mingħajr ma dan l-istħarriġ ikun jista’ jiġi limitat biss għall-eżami tan-natura arbitrarja tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti. Madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà, għal-leġiżlatur nazzjonali, li jagħti lill-qrati nazzjonali kompetenti is-setgħa ta’ stħarriġ ta’ opportunità.

    Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika fil-qasam, il-modalitajiet tal-istħarriġ ġudizzjarju għandhom jiġu stabbiliti minn regoli ta’ proċedura nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. B’hekk, il-leġiżlatur nazzjonali jista’ jagħti lill-qrati nazzjonali setgħat ta’ stħarriġ iktar wiesgħa, sabiex isir eżami ta’ opportunità.

    (ara l-punti 45, 46 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑440/13

Croce Amica One Italia Srl

vs

Azienda Regionale Emergenza Urgenza (AREU)

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Direttiva 89/665/KEE — Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent — Għoti tal-kuntratt b’mod provviżorju — Investigazzjonijiet kriminali mibdija kontra r-rappreżentant legali tal-offerent rebbieħ — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li ma tagħtix b’mod definittiv il-kuntratt u li tirtira s-sejħa għal offerti — Stħarriġ ġudizzjarju”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Irtirar ta’ sejħa għal offerti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà ta’ rtirar taħt ċerti kundizzjonijiet — Ammissibbiltà — Obbligu għal awtorità kontraenti li twassal sal-aħħar proċedura ta’ għoti wara li tkun għażlet offerent fil-kapaċità tagħha ta’ kontraent — Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 41(1), 43 u 45)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ reviżjoni fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u xogħlijiet — Direttiva 89/665 — Irtirar ta’ sejħa għal offerti — Obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu proċedura ta’ appell — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikonoxxi lill-qrati nazzjonali s-setgħa li jeżerċitaw stħarriġ ta’ opportunità fuq id-deċiżjoni ta’ awtorità kontraenti li tirrinunzja li tagħti kuntratt pubbliku — Ammissibbiltà