Kawża C‑437/13

Unitrading Ltd

vs

Staatssecretaris van Financiën

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi doganali tal-Komunità — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni — Oriġini tal-merkanzija — Mezzi ta’ prova — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni – Prova tal-oriġini tal-merkanzija importata bbażata fuq ir-riżultati ta’ analiżi mwettqa minn terz li jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali – Nuqqas ta’ verifika tal-konklużjonijiet mill-awtoritajiet – Ammissibbiltà – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Kundizzjonijiet

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-prova tal-oriġini tal-merkanzija importata, prodotta mill-awtoritajiet doganali abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali, tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta’ analiżi mwettqa minn terz, li dwarhom dan it-terz jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali sew lill-awtoritajiet doganali jew lil min jagħmel id-dikjarazzjoni doganali, b’tali mod li tiġi ostakolata jew li jkun impossibbli li tiġi vverifikata jew miċħuda l-eżattezza tal-konklużjonijiet użati, sakemm il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza jiġu osservati.

Fil-fatt, sa fejn ir-rilevanza ta’ mezz ta’ prova mhux totalment verifikabbli mill-partijiet kollha fil-proċedura kif ukoll mill-qorti adita bil-kawża tista’ tiġi validament ikkontestata mill-parti kkonċernata, b’mod partikolari billi ssostni li dan il-mezz ta’ prova jista’ jikkostitwixxi biss prova indiretta tal-fatti allegati u billi tressaq elementi oħra li jistgħu jappoġġaw l-affermazzjonijiet diverġenti tagħha, id-dritt ta’ din il-persuna għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, imsemmija fl-Artikolu 47 tal-Karta, fil-prinċipju ma huwiex miksur. Peress li l-Artikolu 245 tal-Kodiċi Doganali jipprevedi, f’dan il-kuntest, li d-dispożizzjonijiet dwar l-implementazzjoni tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża prevista fl-Artikolu 243 ta’ dan il-kodiċi huma stabbiliti mill-Istati Membri, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull wieħed minn dawn tal-aħħar li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali ta’ dawn l-azzjonijiet, sakemm dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw tressiq ta’ kawżi simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u sakemm dawn ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku Komunitarju (prinċipju ta’ effettività). Sabiex tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività, jekk il-qorti nazzjonali tikkonstata li l-fatt li hija l-persuna li għandha tħallas id-dejn doganali li għandha l-oneru tal-prova tal-oriġini tal-merkanzija ddikjarata, sa fejn din għandha tiċħad ir-rilevanza ta’ mezz ta’ prova indirett użat mill-awtoritajiet doganali, jista’ jrendi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-amministrazzjoni ta’ tali prova minħabba b’mod partikolari li din tkun tirrigwarda data li l-persuna taxxabbli ma jistax ikollha, hija obbligata tagħmel użu mill-mezzi proċedurali kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mid-dritt nazzjonali, fejn fosthom jinsab dak li tordna l-miżuri struttorji neċessarji. Madankollu, sa fejn il-qorti nazzjonali, wara li tkun għamlet użu mill-mezzi proċedurali kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mid-dritt nazzjonali, tikkonkludi li l-oriġini vera tal-merkanzija kkonċernata hija waħda differenti minn dik iddikjarata, u li l-impożizzjoni ta’ dazji doganali addizzjonali, jew saħansitra multa, lid-dikjarant hija għaldaqstant ġustifikata, l-Artikolu 47 tal-Karta ma jipprekludix li deċiżjoni f’dan is-sens tiġi adottata mill-imsemmija qorti.

Jekk wieħed jippreżupponi li l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar l-analiżi kkonċernati, il-kwistjoni ta’ jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jilqgħu talba tal-parti kkonċernata sabiex jitwettqu, bi spejjeż tagħha, analiżi fil-pajjiż iddikjarat bħala l-pajjiż ta’ oriġini, kif ukoll il-kwistjoni ta’ jekk huwiex ta’ rilevanza li xi partijiet tal-kampjuni tal-merkanzija nżammew matul ċertu żmien, li l-parti kkonċernata setgħet tagħmel użu minnhom għall-finijiet ta’ verifiki minn laboratorju ieħor u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jinformaw lill-persuna kkonċernata bl-eżistenza ta’ subkampjuni ta’ merkanzija miżmuma u bil-fatt li hija tista’ titlob li jingħatawlha għall-finijiet tal-imsemmija verifiki, għandhom jiġu evalwati abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali.

(ara l-punti 26-30, 35 u d-dispożittiv 1, 2)

Kawża C‑437/13

Unitrading Ltd

vs

Staatssecretaris van Financiën

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi doganali tal-Komunità — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni — Oriġini tal-merkanzija — Mezzi ta’ prova — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni — Prova tal-oriġini tal-merkanzija importata bbażata fuq ir-riżultati ta’ analiżi mwettqa minn terz li jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali — Nuqqas ta’ verifika tal-konklużjonijiet mill-awtoritajiet — Ammissibbiltà — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Kundizzjonijiet