1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 2008/95 — Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark — Rappreżentazzjoni, permezz ta’ sempliċi disinn u mingħajr indikazzjoni ta’ daqs jew ta’ proporzjonijiet, tal-istruttura ta’ spazju ta’ bejgħ ta’ prodotti — Kunċett ta’ “servizzi” — Servizzi li jikkonsistu f’servizzi marbuta mal-imsemmija prodotti — Inklużjoni — Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikoli 2 u 3)
2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi ġenerali jew ipotetiċi — Domanda ta’ natura astratta jew purament ipotetika fir-rigward tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
1. L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2008/95 dwar it-trade marks għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rappreżentazzjoni, permezz ta’ sempliċi disinn u mingħajr indikazzjoni tad-daqs jew tad-dimensjonijiet, tal-istruttura tal-ispazju ta’ bejgħ ta’ prodotti tista’ tkun irreġistrata bħala trade mark għal servizzi li jikkonsistu f’servizzi li jirrigwardaw dawn il-prodotti iżda li ma humiex parti integrali mit-tqegħid għall-bejgħ tagħhom, bil-kundizzjoni li din tkun kapaċi tiddistingwi s-servizzi tal-applikant tar-reġistrazzjoni minn dawk ta’ impriżi oħra u li l-ebda raġuni għal rifjut stabbilita fl-imsemmija direttiva ma tipprekludiha.
(ara l-punt 27 u d-dispożittiv)
2. Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali għandha tiġi miċħuda meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mfittxija tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali.
(ara l-punt 30)
Kawża C‑421/13
Apple Inc.
vs
Deutsches Patent- und Markenamt
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikoli 2 u 3 — Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark — Karattru distintiv — Rappreżentazzjoni, permezz ta’ disinn, tal-istruttura ta’ ħanut ewlieni (‘flagship store’) — Reġistrazzjoni bħala trade mark għal ‘servizzi’ li jirrigwardaw prodotti li jitqiegħdu għal bejgħ f’tali ħanut”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95 – Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark – Rappreżentazzjoni, permezz ta’ sempliċi disinn u mingħajr indikazzjoni ta’ daqs jew ta’ proporzjonijiet, tal-istruttura ta’ spazju ta’ bejgħ ta’ prodotti – Kunċett ta’ “servizzi” – Servizzi li jikkonsistu f’servizzi marbuta mal-imsemmija prodotti – Inklużjoni – Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikoli 2 u 3)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi ġenerali jew ipotetiċi – Domanda ta’ natura astratta jew purament ipotetika fir-rigward tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2008/95 dwar it-trade marks għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rappreżentazzjoni, permezz ta’ sempliċi disinn u mingħajr indikazzjoni tad-daqs jew tad-dimensjonijiet, tal-istruttura tal-ispazju ta’ bejgħ ta’ prodotti tista’ tkun irreġistrata bħala trade mark għal servizzi li jikkonsistu f’servizzi li jirrigwardaw dawn il-prodotti iżda li ma humiex parti integrali mit-tqegħid għall-bejgħ tagħhom, bil-kundizzjoni li din tkun kapaċi tiddistingwi s-servizzi tal-applikant tar-reġistrazzjoni minn dawk ta’ impriżi oħra u li l-ebda raġuni għal rifjut stabbilita fl-imsemmija direttiva ma tipprekludiha.
(ara l-punt 27 u d-dispożittiv)
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali għandha tiġi miċħuda meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mfittxija tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali.
(ara l-punt 30)