Kawża C‑413/13
FNV Kunsten Informatie en Media
vs
Staat der Nederlanden
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Gerechtshof te ’s-Gravenhage)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim kollettiv ta’ xogħol — Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom — Kunċett ta’ ‘impriżi’ — Kunċett ta’ ‘ħaddiem’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Interpretazzjoni mitluba minħabba l-applikabbiltà għal sitwazzjoni interna ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li saret applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali – Ġurisdizzjoni sabiex tingħata din l-interpretazzjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Ftehim kollettiv ta’ xogħol – Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom – Kunċett ta’ persuni li ma jaħdmux għal rashom verament – Mużiċist sostitut li jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema – Dispożizzjoni li ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE
(Artikolu 101(1) TFUE)
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Impriża – Kunċett – Fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Offerta ta’ servizzi bi ħlas u assenza ta’ relazzjoni ta’ subordinazzjoni
(Artikolu 101(1) TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 17-20)
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri li jaħdmu għal rashom, imsieħba ma’ waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema bil-kuntratt, li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, l-istess attività bħall-ħaddiema ta’ din il-persuna li timpjega, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, biss jekk dawn il-fornituri jikkostitwixxu “persuni li ma jaħdmux għal rashom verament”, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema msemmija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.
(ara l-punti 22, 23, 30, 41, 42 u d-dispożittiv)
Fornituri ta’ servizzi bħal mużiċisti li jissostitwixxu lil membri ta’ orkestra jikkostitwixxu, fil-prinċipju, “impriżi”, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, peress li joffru s-servizzi tagħhom b’korrispettiv ta’ remunerazzjoni f’suq partikolari u jeżerċitaw l-attività tagħhom bħala kummerċjanti li jaħdmu għal rashom fil-konfront ta’ min iqabbadhom. Din il-konstatazzjoni ma tistax tipprekludi li tali dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol tista’ titqies ukoll li hija r-riżultat ta’ djalogu soċjali fl-ipoteżi fejn l-imsemmija fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom, li nnegozja f’isem u għan-nom tagħhom is-sindakat, jikkostitwixxu fir-realtà persuni li ma jaħdmux għal rashom verament, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema. Fil-fatt, fornitur ta’ servizzi jista’ jitlef il-kwalità tiegħu ta’ kummerċjant li jaħdem għal rasu, u għalhekk ta’ impriża, meta dan ma jiddeterminax l-aġir tiegħu fis-suq b’mod awtonomu, iżda jiddependi b’mod sħiħ fuq min iqabbdu, minħabba l-fatt li dan ma jerfa’ ebda wieħed mir-riskji finanzjarji u kummerċjali li jirriżultaw mill-attività ta’ dan tal-aħħar u jopera bħala awżiljarju integrat fl-impriża tal-imsemmija persuna li tqabbad.
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi ddefinit skont kriterji oġġettivi li jikkaratterizzaw ir-relazzjoni ta’ xogħol, b’kunsiderazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi tal-persuni kkonċernati. Minn din il-perspettiva, il-kwalifika bħala fornitur li jaħdem għal rasu, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ma jeskludix li persuna għandha tiġi kkwalifikata bħala ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, jekk il-fatt li dan jaħdem għal rasu huwa biss fittizju, u b’hekk fir-realtà jaħbi relazzjoni ta’ xogħol. Isegwi li l-istatus ta’ ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jintlaqat mill-fatt li persuna kienet imqabbda bħala fornitur ta’ servizzi li jaħdem għal rasu fir-rigward tad-dritt nazzjonali, sakemm din il-persuna taġixxi taħt id-direzzjoni tal-persuna li timpjegaha, f’dak li jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà tagħha li tagħżel il-ħin, il-post u l-kontenut tax-xogħol tagħha, li din ma terfax fir-riskji kummerċjali ta’ din il-persuna li timpjega u li din tiġi integrata fl-impriża tal-imsemmija persuna li timpjega matul ir-relazzjoni ta’ xogħol, u tifforma unità ekonomika magħha.
(ara l-punti 27, 31, 33-36)
Kawża C‑413/13
FNV Kunsten Informatie en Media
vs
Staat der Nederlanden
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Gerechtshof te ’s-Gravenhage)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim kollettiv ta’ xogħol — Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom — Kunċett ta’ ‘impriżi’ — Kunċett ta’ ‘ħaddiem’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Interpretazzjoni mitluba minħabba l-applikabbiltà għal sitwazzjoni interna ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li saret applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali — Ġurisdizzjoni sabiex tingħata din l-interpretazzjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim kollettiv ta’ xogħol — Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom — Kunċett ta’ persuni li ma jaħdmux għal rashom verament — Mużiċist sostitut li jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema — Dispożizzjoni li ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE
(Artikolu 101(1) TFUE)
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Impriża — Kunċett — Fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom — Inklużjoni — Kundizzjonijiet — Offerta ta’ servizzi bi ħlas u assenza ta’ relazzjoni ta’ subordinazzjoni