Kawża C‑365/13
Ordre des architectes
vs
État belge
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/36/KE — Artikoli 21 u 49 — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ perit — Eżenzjoni mill-perijodu ta’ prova professjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Ħaddiema – Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali – Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 – Aċċess għall-professjoni ta’ perit – Rekwiżit ta’ perijodu ta’ prova professjonali jew ta’ esperjenza professjonali ekwivalenti impost mill-Istat Membru ospitanti – Inammissibbiltà
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36, Artikoli 21, 46 u 49, u Annessi V u VI)
L-Artikoli 21 u 49 tad-Direttiva 2005/36, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-Istat Membru ospitanti milli jeżiġi li detentur ta’ kwalifika professjonali miksuba fl-Istat Membru tal-oriġini u msemmija fil-punt 5.7.1 tal-Anness V jew fl-Anness VI ta’ din id-direttiva, iwettaq perijodu ta’ prova, jew jipprova li huwa għandu esperjenza professjonali ekwivalenti, sabiex jiġi awtorizzat jeżerċita l-professjoni ta’ perit.
Fil-fatt, is-sistema ta’ rikonoxximent awtomatiku ta’ kwalifiki professjonali prevista, f’dak li jirrigwarda l-professjoni ta’ perit, fl-Artikoli 21, 46 u 49 tad-Direttiva 2005/36 ma tħalli l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri. Għalhekk, ladarba ċittadin ta’ Stat Membru huwa detentur ta’ waħda mill-provi ta’ kwalifiki formali u taċ-ċertifikati komplementari msemmija fil-punt 5.7.1 tal-Anness V jew fl-Anness VI ta’ din id-direttiva, huwa għandu jkun jista’ jeżerċita l-professjoni ta’ perit fi Stat Membru ieħor mingħajr ma dan tal-aħħar ma jkun jista’ jimponilu li jikseb jew li jipprova li kiseb kwalifiki professjonali supplimentari.
L-esklużjoni ta’ kull rekwiżit komplementari hija neċessarja iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li, f’dak li jirrigwarda l-imsemmija direttiva, din issaħħaħ in-natura awtomatika tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, f’dak li jirrigwarda l-professjoni ta’ perit, meta mqabbla mad-Direttiva 85/384, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra ta’ kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fatt, din l-aħħar direttiva kienet tipprevedi, fl-Artikolu 23(1) tagħha, il-possibbiltà li Stat Membru jimponi rekwiżiti ta’ perijodu ta’ prova komplimentari fuq id-detenturi ta’ provi ta’ kwalifiki maħruġa minn Stat Membru ieħor anki meta l-imsemmija titoli kienu jibbenefikaw mir-rikonoxximent reċiproku. Id-Direttiva 2005/36 neħħiet din il-possibbiltà mingħajr ma emendat, fl-essenza tagħhom, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku.
Madankollu, il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku prevista fid-Direttiva 2005/36 jippresupponi li l-Istati Membri jkunu ttrasponew korrettament mhux biss l-Artikoli 21, 46 u 49 tal-istess direttiva iżda wkoll l-Annessi V u VI tal-imsemmija direttiva.
(ara l-punti 24-27 u d-dispożittiv)
Kawża C‑365/13
Ordre des architectes
vs
État belge
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/36/KE — Artikoli 21 u 49 — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ perit — Eżenzjoni mill-perijodu ta’ prova professjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Ħaddiema — Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36 — Aċċess għall-professjoni ta’ perit — Rekwiżit ta’ perijodu ta’ prova professjonali jew ta’ esperjenza professjonali ekwivalenti impost mill-Istat Membru ospitanti — Inammissibbiltà