Kawża C‑359/13
B. Martens
vs
Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Ċittadin ta’ Stat Membru — Residenza fi Stat Membru ieħor — Studji f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew — Żamma tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni ogħla — Kundizzjoni ta’ residenza ta’ ‘tliet snin minn sitta’ — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Ċittadin ta’ Stat Membru li rrisjeda fi Stat Membru ieħor qabel ma beda l-istudji tiegħu fit-territorji extra‑Ewropej – Inklużjoni – Effetti – Tgawdija tad-drittijiet assoċjati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni
(Artikoli 6(e) TFUE u 21 TFUE, l-Artikolu 165(1) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 165(2) TFUE)
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Vantaġġi soċjali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-finanzjament tal-edukazzjoni ogħla barra mill-Istat Membru kkonċernat għall-kundizzjoni ta’ residenza ta’ mill-inqas tliet xhur fit-territorju nazzjonali – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni li tirriżulta mill-interess ġenerali – Assenza
(Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 22-30)
L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta ż-żamma fis-seħħ tal-għoti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni ogħla mwettqa barra minn dan l-Istat għall-kundizzjoni li l-istudent li jitlob li jibbenefika minn dan it-tip ta’ finanzjament ikun irrisjeda fl-imsemmi Stat matul perijodu ta’ mill-inqas tliet snin mis-sitt snin li jippreċedu l-iskrizzjoni tiegħu għall-imsemmija studji.
Billi tissuġġetta ż-żamma fis-seħħ tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni barra mill-pajjiż għall-kundizzjoni tat-tliet snin minn sitta, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tista’ tippenalizza lil persuna li titlob finanzjament għas-sempliċi fatt li tkun eżerċitat il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor, fid-dawl tal-effetti li l-eżerċizzju ta’ din il-libertà jista’ jkollu fuq il-possibbiltà li jirċievi finanzjament għal edukazzjoni ogħla.
F’dan ir-rigward, l-integrazzjoni tal-istudenti, ivverifikata permezz tal-eżistenza ta’ ċertu konnessjoni bejn is-soċjetà tal-Istat Membru li jipprovdi l-finanzjament u l-benefiċjarju ta’ finanzjament inkwistjoni jistgħu jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess ġenerali ta’ natura li jiġġustifikaw li l-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ tali finanzjament jistgħu jaffettwaw il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Madankollu, sa fejn il-leġiżlazzjoni inkwistjoni toħloq restrizzjoni fuq il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni, hija ma tippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni konnessjonijiet oħra bejn student u l-Istat Membru li jipprovdi l-finanzjament, bħan-nazzjonalità tal-istudent, l-edukazzjoni tiegħu, il-familja tiegħu, l-impjieg tiegħu, il-kapaċitajiet lingwistiċi tiegħu jew l-eżistenza ta’ konnessjonijiet soċjali jew ekonomiċi oħra. Barra minn hekk, l-impjieg fl-Istat Membru li jipprovdi l-finanzjament tal-membri tal-familja li minnha jiddependi l-istudent jista’ wkoll ikun wieħed mill-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ dawn il-konnessjonijiet.
B’hekk, il-kundizzjoni tat-tliet snin minn sitta hija kemm esklużiva wisq u inċerta wisq billi tipprivileġġa b’mod indebitu element li ma jirrappreżentax neċessarjament il-livell ta’ integrazzjoni tal-persuna li titlob il-finanzjament fl-Istat Membru fid-data li fiha ssir it-talba għal finanzjament. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata għall-imsemmi għan ta’ integrazzjoni.
(ara l-punti 31, 36, 41, 43, 45 u d-dispożittiv)
Kawża C‑359/13
B. Martens
vs
Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Ċittadin ta’ Stat Membru — Residenza fi Stat Membru ieħor — Studji f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew — Żamma tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni ogħla — Kundizzjoni ta’ residenza ta’ ‘tliet snin minn sitta’ — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015
Ċittadinanza tal-Unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Ċittadin ta’ Stat Membru li rrisjeda fi Stat Membru ieħor qabel ma beda l-istudji tiegħu fit-territorji extra‑Ewropej — Inklużjoni — Effetti — Tgawdija tad-drittijiet assoċjati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni
(Artikoli 6(e) TFUE u 21 TFUE, l-Artikolu 165(1) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 165(2) TFUE)
Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Vantaġġi soċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-finanzjament tal-edukazzjoni ogħla barra mill-Istat Membru kkonċernat għall-kundizzjoni ta’ residenza ta’ mill-inqas tliet xhur fit-territorju nazzjonali — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni li tirriżulta mill-interess ġenerali — Assenza