Kawża C‑340/13
bpost SA
vs
Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi postali — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 12 — Fornitur tas-servizz universali — Tariffi speċjali — Applikazzjoni għall-intermedjarji li jiġbru flimkien oġġetti postali — Obbligu ta’ nondiskriminazzjoni”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2015
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Servizzi postali tal-Komunità – Direttiva 97/67 – Servizzi riżervati għall-fornituri ta’ servizz postali universali – Sistema ta’ tnaqqis kwantitattiv għal kull mittent mogħti lill-mittenti u lill-intermedjarji, bit-tnaqqis mogħti lil dawn tal-aħħar ikun ikkalkolat fuq il-bażi tal-volum tal-posta ġġenerata individwalment minn kull klijent tagħhom – Ammissibbiltà
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/67, Artikoli 2(16) u 12)
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tat-tariffi previst fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 97/67, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendat bid-Direttiva 2008/6, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema ta’ tnaqqis kwantitattiv għal kull mittent mogħti lill-mittenti u lill-intermedjarji, bit-tnaqqis mogħti lil dawn tal-aħħar ikun ikkalkolat fuq il-bażi tal-volum tal-posta ġġenerata individwalment minn kull klijent tagħhom.
Fil-fatt, il-mittenti huma l-uniċi li jistgħu jgħollu talba fil-qasam tas-servizzi postali peress li huma “għall-oriġini ta’ oġġetti postali”, kif ippreċiżat mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “mittent” fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67. Bil-kontra, ħlief sal-punt limitat li l-intermedjarji huma stess mittenti, l-attività tagħhom ma tikkontribwixxix, minnha nfisha, għaż-żieda fil-volum tal-posta.
Konsegwentement, il-mittenti u l-intermedjarji huma f’sitwazzjoni komparabbli tal-għan imfittex mis-sistema tat-tnaqqis kwantitattiv għal kull mittent jiġifieri l-istimulazzjoni tat-talba fil-qasam tas-servizzi postali, peress li l-mittenti biss huma kapaċi li jiġu indotti, permezz ta’ din is-sistema, sabiex iżidu l-volum tagħhom ta’ posta fdata lill-fornitur nazzjonali tas-servizz postali universali u għalhekk id-dħul mill-bejgħ ta’ dan l-operatur.
(ara l-punti 37, 38, 48, 49 u d-dispożittiv)
Kawża C‑340/13
bpost SA
vs
Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi postali — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 12 — Fornitur tas-servizz universali — Tariffi speċjali — Applikazzjoni għall-intermedjarji li jiġbru flimkien oġġetti postali — Obbligu ta’ nondiskriminazzjoni”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2015
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Servizzi postali tal-Komunità — Direttiva 97/67 — Servizzi riżervati għall-fornituri ta’ servizz postali universali — Sistema ta’ tnaqqis kwantitattiv għal kull mittent mogħti lill-mittenti u lill-intermedjarji, bit-tnaqqis mogħti lil dawn tal-aħħar ikun ikkalkolat fuq il-bażi tal-volum tal-posta ġġenerata individwalment minn kull klijent tagħhom — Ammissibbiltà