Kawża C‑337/13

Almos Agrárkülkereskedelmi Kft

vs

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90 — Tnaqqis tal-ammont taxxabbli — Portata tal-obbligi tal-Istati Membri — Effett dirett”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedix tnaqqis fil-prezz fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Applikazzjoni minn Stat Membru tad-deroga prevista fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas sħiħ jew parzjali tal-prezz

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 90(1) u (2))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Article 90(1) tad-Direttiva 2006/112 – Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz – Effett dirett

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 90(1))

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan it-tnaqqis għal ċerti formalitajiet – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Proporzjonalità

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 90(1) u 273)

  1.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz jekk tiġi applikata d-deroga pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu. Madankollu, din id-dispożizzjoni għandha għalhekk tinkludi s-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha li fihom, skont il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu, sussegwentement għall-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu, li hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.

    Ċertament, dan l-Artikolu 90(1) jikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali tal-imsemmija direttiva, li jipprovdi li l-valur taxxabbli għandu jkun ikkostitwit mill-korrispettiv realment miġbur u li l-korollarju tiegħu huwa li l-amministrazzjoni tat-taxxi ma tistax tiġbor bħala t-taxxa fuq il-valur miżjud ammont li jkun superjuri għal dak miġbur mill-persuna taxxabbli.

    Madankollu, il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu jippermetti lill-Istati Membri li jidderogaw mir-regola msemmija iktar ’il fuq f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas sħiħ jew parzjali tal-prezz tat-tranżazzjoni. Issa, din id-dispożizzjoni nazzjonali tiġi kkunsidrata bħala r-riżultat tal-eżerċizzju, mill-Istat Membru, tad-dritt ta’ deroga li ġie mogħti lilu skont dan l-artikolu.

    F’dan ir-rigward, jekk in-nuqqas ta’ ħlas sħiħ jew parzjali tal-prezz tax-xiri jseħħ mingħajr ma kien hemm rexxissjoni jew annullament tal-kuntratt, ix-xerrej jibqa’ responsabbli għall-prezz miftiehem u l-bejjiegħ, anki jekk ma jibqax il-proprjetarju tal-oġġett, jibqa’ dejjem bħala prinċipju l-kreditur, u għandu dritt li jinvoka dan il-fatt f’qorti. Madankollu, peress li ma jistax jiġi eskluż li tali dejn isir fil-fatt definittivament irrekuperabbli, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti lil kull Stat Membru l-għażla li jiddetermina jekk is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri, li, minnha nnifisha, kuntrarjament għar-rexissjoni jew għall-annullament tal-kuntratt, ma tqegħidx lill-partijiet fis-sitwazzjoni tal-bidu tagħhom, jagħti d-dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli kif xieraq taħt il-kundizzjonijiet li jistabbilixxi huwa stess, jew ukoll jekk tali tnaqqis ma jkunx permess f’din is-sitwazzjoni.

    (ara l-punti 22-25, 28 u d-dispożittiv 1)

  2.  Il-persuni taxxabbli jistgħu jinvokaw l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat Membru sabiex jiksbu t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tagħhom tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

    Fil-fatt, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-aspett tal-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjonijiet u preċiżi biżżejjed, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan jew ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti, jew ikun għamel traspożizzjoni inkorretta tagħha.

    F’dan ir-rigward, dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija inkundizzjonata meta din tistabbilixxi obbligu li ma huwa kkwalifikat b’ebda kundizzjoni u lanqas ma huwa suġġett, fl-implementazzjoni jew fl-effetti tiegħu, għat-teħid ta’ xi miżura mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew mill-Istati Membri.

    Għalhekk, għalkemm dan l-artikolu jħalli lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jistabbilixxu l-miżuri li jippermettulhom li jiddeterminaw l-ammont tat-tnaqqis, dan il-fatt ma jaffettwax, madankollu, in-natura preċiża u inkundizzjonata tal-obbligu li jista’ jsir it-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każijiet imsemmijin fl-imsemmi artikolu. Dan tal-aħħar għaldaqstant jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jipproduċi effett dirett.

    (ara l-punti 31, 32, 34, 40 u d-dispożittiv 2)

  3.  Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis ta’ dan il-valur taxxabbli huwa suġġett għat-twettiq ta’ ċerti formalitajiet li jippermettu li jiġġustifikaw li, sussegwentement għall-konklużjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx definittivament parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu, u li din il-persuna taxxabbli setgħet tinvoka waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, il-miżuri b’hekk adottati ma għandhomx jeċċedu dak li huwa neċessarju għal din il-ġustifikazzjoni, li hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.

    Ċertament, peress li, għajr għal-limiti stabbiliti minnhom, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 90(1) u 273 tal-imsemmija direttiva ma jippreċiżawx la l-kundizzjonijiet u lanqas l-obbligi li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu lil dawn tal-aħħar marġni ta’ diskrezzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-formalitajiet li l-persuni taxxabbli għandhom jissodisfaw quddiem l-awtoritajiet fiskali tal-imsemmija Stati sabiex ikunu jistgħu jnaqqsu l-valur taxxabbli.

    Madankollu, l-miżuri tali li jiġu evitati l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa jistgħu, bħala prinċipju, jidderogaw mill-osservanza tar-regoli dwar il-valur taxxabbli biss fil-limitu ta’ dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan speċifiku. Fil-fatt, huma għandhom jaffettwaw l-inqas possibbli l-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva 2006/112 u ma jistgħux, għalhekk, jiġu użati b’mod li jqiegħdu f’dubju n-newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

    (ara l-punti 37, 38, 40 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑337/13

Almos Agrárkülkereskedelmi Kft

vs

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90 — Tnaqqis tal-ammont taxxabbli — Portata tal-obbligi tal-Istati Membri — Effett dirett”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedix tnaqqis fil-prezz fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Applikazzjoni minn Stat Membru tad-deroga prevista fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas sħiħ jew parzjali tal-prezz

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 90(1) u (2))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Article 90(1) tad-Direttiva 2006/112 — Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz — Effett dirett

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 90(1))

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Tnaqqis fil-każ ta’ annullament, rexissjoni, kanċellazzjoni jew tnaqqis tal-prezz — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan it-tnaqqis għal ċerti formalitajiet — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Proporzjonalità