Kawża C‑316/13

Gérard Fenoll

vs

Centre d’aide par le travail «La Jouvene»

u

Association de parents et d’amis de personnes handicapées mentales (APEI) d’Avignon

(talba għal deċiżjoni preliminari

mressqa mill-Cour de cassation (Franza))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Soċjali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 31(2) — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Kunċett ta’ ‘ħaddiem’ — Persuna diżabbli — Dritt għal-leave annwali mħallas — Regolament nazzjonali li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Rwol tal-qorti nazzjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015

  1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Kunċett ta’ ħaddiem – Persuna diżabbli ammessa f’ċentru tal-għajnuna għax-xogħol – Inklużjoni – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 31(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  2. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Leġislazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni – Obbligu għall-qrati nazzjonali li jinterpretaw id-dritt nazzjonali– Limiti – Obbligu eventwali tal-Istat Membru kkonċernat li jikkumpensa d-danni kkawżati lill-individwi

    (Artikolu 4(3), KEFA; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  1.  Il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, u tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jista’ jinkludi persuna ammessa f’ċentru tal-għajnuna għax-xogħol li, bħala persuna diżabbli, ma tkunx tista’ taċċetta impjieg taħt il-kundizzjonijiet normali. Fil-fatt, l-attivitajiet imwettqa fi ħdan l-imsemmi ċentru minn persuni diżabbli ma jidhrux bħala purament marġinali u anċillari fis-sens li ma humiex maħluqa għall-iskop uniku li jipprovdu xi xogħol, jekk ikun il-każ derivattiv, għall-persuni interessati, iżda għandhom ukoll ċertu valur ekonomiku, permezz ta’ servizzi adattati għall-kapaċitajiet tal-persuni kkonċernati. Dawn l-attivitajiet jgħinu sabiex tittejjeb il-produttività, żgħira kemm hi żgħira, ta’ persuni b’diżabbiltajiet serji u fl-istess ħin, tiżgura li jkollhom il-protezzjoni soċjali li jixirqilhom.

    F’dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali għandha b’mod partikolari tivverifika jekk is-servizzi effettivament imwettqa mill-persuna interessata jistgħux jitqiesu li jaqgħu taħt is-suq normali tax-xogħol. Għal dan il-għan, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss l-istatut u l-prattiċi taċ-ċentru kkonċernat u l-funzjoni tiegħu bħala stabbiliment ta’ akkoljenza kif ukoll l-aspetti differenti tal-għan tal-programm ta’ għajnuna soċjali iżda wkoll in-natura u r-regoli għall-implimentazzjoni tas-servizz.

    (ara l-punti 39, 40, 42, 43 u d-dispożittiv)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 48)

Kawża C‑316/13

Gérard Fenoll

vs

Centre d’aide par le travail «La Jouvene»

u

Association de parents et d’amis de personnes handicapées mentales (APEI) d’Avignon

(talba għal deċiżjoni preliminari

mressqa mill-Cour de cassation (Franza))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Soċjali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 31(2) — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Kunċett ta’ ‘ħaddiem’ — Persuna diżabbli — Dritt għal-leave annwali mħallas — Regolament nazzjonali li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Rwol tal-qorti nazzjonali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015

  1. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Kunċett ta’ ħaddiem — Persuna diżabbli ammessa f’ċentru tal-għajnuna għax-xogħol — Inklużjoni — Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 31(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  2. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġislazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Obbligu għall-qrati nazzjonali li jinterpretaw id-dritt nazzjonali– Limiti — Obbligu eventwali tal-Istat Membru kkonċernat li jikkumpensa d-danni kkawżati lill-individwi