Kawża C‑255/13

I

vs

Health Service Executive

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 19(1) u 20(1) u (2) — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 11 — Ċittadin ta’ Stat Membru assigurat fl-Istat ta’ residenza — Okkorrenza ta’ marda serja u għal għarrieda waqt vaganza fi Stat Membru ieħor — Persuna mġiegħla tibqa’ f’dan it-tieni Stat matul ħdax-il sena minħabba l-marda tagħha u d-disponibbiltà ta’ trattament mediku speċjalizzat fil-viċinanzi tal-post fejn tgħix — Provvista ta’ benefiċċji in natura f’dan it-tieni Stat — Kunċetti ta’ ‘residenza’ u ta’ ‘soġġorn’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014

  1. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Persuna li għandha simultanjament żewġ residenzi abitwali fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri differenti – Inammissibbiltà – Regola konformi mal-bżonnijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71)

  2. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Assigurazzjoni għall-mard – Benefiċċji in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor – Kunċett ta’ “residenza” tal-persuna kkonċernata – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu (1)(j) u Nru 987/2009, Artikolu 11(1) u (2))

  3. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Assigurazzjoni għall-mard – Benefiċċji in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor – Leġiżlazzjoni applikabbli – Residenza – Definizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71)

  4. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Assigurazzjoni għall-mard – Ċittadin li jbati minn marda gravi fi Stat Membru għajr l-Istat ta’ residenza tiegħu – Benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ soġġorn – Benefiċċji fuq perijodu twil minħabba l-marda tal-persuna kkonċernata – Kunċett ta’ “residenza” u ta’ “soġġorn” – Determinazzjoni taċ-ċentru abitwali tal-interessi taċ-ċittadin – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Limiti

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 1(j) u (k), 19(1), u 20(1) u(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 40-42, 47)

  2.  Skont l-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, it-terminu “residenza” ikopri l-post fejn persuna tirrisjedi abitwalment.

    Sabiex jiġi ddeterminat iċ-ċentru abitwali tal-interessi ta’ persuna, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji kollha rilevanti, b’mod partikolari, dawk imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 987/2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif ukoll, skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, ir-rieda tal-persuna kkonċernata dwar il-post tar-residenza effettiva tagħha. Din ir-rieda għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi oġġettivi tal-kawża prinċipali, peress li sempliċi dikjarazzjoni ta’ rieda ta’ residenza f’post determinat ma hijiex, fiha nnifisha, suffiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 11(2).

    Il-lista ta’ fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-post ta’ residenza ta’ persuna, preżentement ikkodifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 987/2009, ma hijiex eżawrjenti u ma tipprovdix ordni ta’ preferenza bejn il-fatturi differenti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.

    (ara l-punti 43, 46, 54)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 44, 45)

  4.  L-Artikolu 1(j) u (k) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-Artikoli 19(1) jew 20(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, meta ċittadin tal-Unjoni, li kien jirrisjedi fi Stat Membru wieħed jimrad serjament u għal għarrieda waqt vaganza fi Stat Membru ieħor u jkun imġiegħel joqgħod f’dan l-Istat Membru matul ħdax-il sena minħabba din il-marda u d-disponibbiltà tal-kura medika speċjalizzata fil-viċinanzi tal-post fejn jgħix, għandu jitqies li “jissoġġorna” f’dan l-Istat Membru peress li ċ-ċentru abitwali tal-interessi tiegħu jinsab fl-ewwel Stat Membru. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina ċ-ċentru abitwali tal-interess ta’ dan iċ-ċittadin billi twettaq evalwazzjoni tal-fatti kollha rilevanti u billi tieħu inkunsiderazzjoni r-rieda tiegħu, kif tirriżulta mill-fatti, peress li s-sempliċi fatt li l-imsemmi ċittadin jibqa’ fit-tieni Stat Membru matul perijodu twil ma hijiex suffiċjenti, fiha nnifisha u waħedha, sabiex jitqies li huwa jirrisjedi f’dan l-Istat.

    (ara l-punt 59 u d-dispożittiv)

Kawża C‑255/13

I

vs

Health Service Executive

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 19(1) u 20(1) u (2) — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 11 — Ċittadin ta’ Stat Membru assigurat fl-Istat ta’ residenza — Okkorrenza ta’ marda serja u għal għarrieda waqt vaganza fi Stat Membru ieħor — Persuna mġiegħla tibqa’ f’dan it-tieni Stat matul ħdax-il sena minħabba l-marda tagħha u d-disponibbiltà ta’ trattament mediku speċjalizzat fil-viċinanzi tal-post fejn tgħix — Provvista ta’ benefiċċji in natura f’dan it-tieni Stat — Kunċetti ta’ ‘residenza’ u ta’ ‘soġġorn’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014

  1. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Persuna li għandha simultanjament żewġ residenzi abitwali fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri differenti — Inammissibbiltà — Regola konformi mal-bżonnijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71)

  2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Assigurazzjoni għall-mard — Benefiċċji in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor — Kunċett ta’ “residenza” tal-persuna kkonċernata — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu (1)(j) u Nru 987/2009, Artikolu 11(1) u (2))

  3. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Assigurazzjoni għall-mard — Benefiċċji in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni applikabbli — Residenza — Definizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71)

  4. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Assigurazzjoni għall-mard — Ċittadin li jbati minn marda gravi fi Stat Membru għajr l-Istat ta’ residenza tiegħu — Benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ soġġorn — Benefiċċji fuq perijodu twil minħabba l-marda tal-persuna kkonċernata — Kunċett ta’ “residenza” u ta’ “soġġorn” — Determinazzjoni taċ-ċentru abitwali tal-interessi taċ-ċittadin — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Limiti