Keywords
Summary

Keywords

1. Ċittadinanza tal-unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Dritt ta’ residenza permanenti taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li kisbu dan id-dritt fl-Istat Membru ospitanti — Kisba ta’ dan id-dritt miċ-ċittadin tal-pajjiż terz fi tmiem ta’ perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin maċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti — Perijodi mwettqa legalment qabel id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva — Inklużjoni — Residenza suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll għal dawl previsti mid-dritt tal-Unjoni fis-seħħ matul il-perijodu ta’ meta seħħet ir-residenza — Konjuġi li ddeċidew li jisserparaw minn xulxin u li jittrasferixxu ruħhom ma’ msieħba oħra matul il-perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin — Assenza ta’ effett

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 16(2))

2. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja — Membru tal-familja li ma għandux in-nazzjonalità ta’ Stat Membru — Kundizzjoni relatata mad-dispożizzjoni ta’ residenza kkunsidrata bħala normali għall-ħaddiema nazzjonali — Assenza ta’ rekwiżit tal-uniċità ta’ dar permanenti tal-familja — Kundizzjoni imposta biss bħala kundizzjoni ta’ ospitar

(Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, Artikolu 10(3))

3. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Fattur deċiżiv, fil-kuntest ta’ rikors għal kumpens, tal-eżistenza ta’ ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni — Assenza

(Artikolu 267 TFUE)

Summary

1. L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li, matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin li jippreċedi d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, irrisjeda fi Stat Membru, inkwantu konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni ħaddiem fl-imsemmi Stat Membru, għandu jitqies li kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti previst f’din id-dispożizzjoni, anki meta, matul l-imsemmi perijodu, il-miżżewġin iddeċidew li jisseparaw minn xulxin u bdew jgħixu ma’ msieħba oħra, fejn id-dar okkupata mill-imsemmi ċittadin ma ġietx iżjed ipprovduta u lanqas ma tqegħdet għad-dispożizzjoni ta’ dan tal-aħħar mill-konjuġi tiegħu ċittadin tal-Unjoni.

Fil-fatt, meta l-perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin jiddekorri kompletament jew parzjalment qabel id-data limitu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38, sabiex persuna tkun tista’ tinvoka d-dritt ta’ residenza permanenti, skont l-Artikolu 16(2) ta’ din id-direttiva, l-imsemmi perijodu għandu jissodisfa kemm il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva kif ukoll dawk previsti mid-dritt tal-Unjoni fis-seħħ matul il-perijodu ta’ residenza. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl-analiżi tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38, il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti tal-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru tiddependi fi kwalunkwe każ mill-fatt li, minn naħa, dan iċ-ċittadin jissodisfa huwa stess il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva u li, min-naħa l-oħra, dawn il-membri kienu rrisjedew miegħu matul il-perijodu kkonċernat. Issa, sa fejn l-Artikolu 16(2) tal-imsemmija direttiva jissuġġetta l-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti mill-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni għall-kundizzjoni li jkun irrisjeda legalment “maċ-”ċittadin tal-Unjoni matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin, tirriżulta l-kwistjoni dwar jekk is-separazzjoni tal-miżżewġin matul il-perijodu kkonċernat, mhux biss minħabba l-assenza ta’ koabitazzjoni iżda, fuq kollox, l-assenza ta’ komunjoni konjugali effettiva, tipprekludix li jiġi kkunsidrat li l-imsemmija kundizzjoni hija sodisfatta. F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mis-sentenzi Diatta (267/83) u Iida (C‑40/11), ir-rabta konjugali ma tistax titqies li hija rexissa sakemm ma ttemmhiex l-awtorità kompetenti u dan ma huwiex il-każ ta’ miżżewġin li jgħixu sempliċement b’mod separat, anki meta jkollhom l-intenzjoni li jiddivorzjaw ulterjorment, b’tali mod li l-konjuġi ma għandux neċessarjament jgħix b’mod permanenti maċ-ċittadin tal-Unjoni sabiex igawdi minn dritt derivat ta’ residenza. Għalhekk, il-fatt li l-miżżewġin mhux biss waqfu milli jgħixu flimkien iżda għexu wkoll ma’ msieħba oħra, huwa nieqes minn rilevanza għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti, skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38.

(ara l-punti 32, 34, 36-38, 47 u d-dispożittiv 1)

2. Il-kundizzjoni imposta fuq il-ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru, fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1612/68, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, li jkollu post fejn jgħix mal-familja tiegħu, ikkunsidrata normali għall-ħaddiema nazzjonali fir-reġjun fejn huwa ġie impjegat, hija sodisfatta meta dan il-ħaddiem jitlaq il-post fejn jgħix mal-familja tiegħu u fejn il-konjuġi jmur jgħix ma’ sieħeb ieħor f’dar ġdida li la ġiet ipprovduta u lanqas ma tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ dan il-konjuġi mill-imsemmi ħaddiem.

Fil-fatt, l-Artikolu 10(3) ma jirrikjedix li l-membru tal-familja kkonċernata jgħix miegħu b’mod permanenti, iżda, biss, li l-post fejn il-ħaddiem jgħix jista’ jiġi kkunsidrat normali biex fih jilqa’ l-familja tiegħu, b’tali mod li r-rekwiżit tal-uniċità ta’ dar permanenti tal-familja ma jistax jiġi impliċitament aċċettat.

Barra minn hekk, il-kundizzjoni li l-ħaddiem jgħix ġo dar meqjusa li hija normali, hija imposta biss bħala kundizzjoni sabiex kull membru tal-familja fi ħdan il-ħaddiem ikun jista’ jiġi ospitat, b’tali mod li, fi kwalunkwe każ, l-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tiġi evalwata biss fid-data fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jibda ħajja komuni mal-konjuġi tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti.

(ara l-punti 43, 45, 46)

3. Il-fatt li, fil-kuntest ta’ rikors għal kumpens minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, qorti nazzjonali qieset li kien neċessarju li tressaq domanda preliminari li tikkonċerna d-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma għandux jitqies li huwa fattur deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat jekk jeżistix ksur manifest ta’ dan id-dritt mill-Istat Membru.

Is-sempliċi fatt li ssir domanda preliminari ma jistax jillimita l-libertà tal-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu. Fil-fatt, ir-risposta għad-domanda dwar jekk ksur tad-dritt tal-Unjoni kienx suffiċjentement ikkaratterizzat ma jirriżultax mill-eżerċizzju nnifsu tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 267 TFUE, iżda mill-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Issa, il-possibbiltà rikonoxxuta lill-qrati nazzjonali li jippreżentaw rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk huma jqisu li dan huwa neċessarju, sabiex din tinterpretalhom dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, anki jekk il-kwistjoni mqajma diġà ġiet deċiża, tkun mingħajr dubju limitata li kieku l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà kellu jkun deċiżiv għall-konstatazzjoni tal-eżistenza jew tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni, sabiex tiġi ddeterminata, jekk ikun il-każ, ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni. B’hekk, tali effett iqiegħed inkwistjoni s-sistema, l-għan kif ukoll il-karatteristiċi tal-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari.

(ara l-punti 53-55 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑244/13

Ewaen Fred Ogieriakhi

vs

Minister for Justice and Equality et

[talba għal deċiżjoni preliminari

mressqa mill-High Court (l-Irlanda)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 16(2) — Dritt ta’ residenza permanenti tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni ċittadini ta’ pajjiż terz — Tmiem tal-ħajja komuni tal-konjuġi — Trasferiment immedjat ma’ msieħba oħra matul il-perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 10(3) — Kundizzjonijiet — Ksur minn Stat Membru tad-dritt tal-Unjoni — Eżami tan-natura tal-ksur inkwistjoni — Neċessità ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

  1. Ċittadinanza tal-unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Dritt ta’ residenza permanenti taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li kisbu dan id-dritt fl-Istat Membru ospitanti – Kisba ta’ dan id-dritt miċ-ċittadin tal-pajjiż terz fi tmiem ta’ perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin maċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti – Perijodi mwettqa legalment qabel id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva – Inklużjoni – Residenza suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll għal dawl previsti mid-dritt tal-Unjoni fis-seħħ matul il-perijodu ta’ meta seħħet ir-residenza – Konjuġi li ddeċidew li jisserparaw minn xulxin u li jittrasferixxu ruħhom ma’ msieħba oħra matul il-perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin – Assenza ta’ effett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 16(2))

  2. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja – Membru tal-familja li ma għandux in-nazzjonalità ta’ Stat Membru – Kundizzjoni relatata mad-dispożizzjoni ta’ residenza kkunsidrata bħala normali għall-ħaddiema nazzjonali – Assenza ta’ rekwiżit tal-uniċità ta’ dar permanenti tal-familja – Kundizzjoni imposta biss bħala kundizzjoni ta’ ospitar

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, Artikolu 10(3))

  3. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Fattur deċiżiv, fil-kuntest ta’ rikors għal kumpens, tal-eżistenza ta’ ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni – Assenza