Kawża C‑182/13
Valerie Lyttle et
vs
Bluebird UK Bidco 2 Limited
[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Industrial Tribunal (Northern Ireland)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Artikolu 1(1)(a) — Kunċett ta’ ‘stabbiliment’ — Arranġamenti prattiċi ta’ kalkolu tan-numru ta’ impjegati mkeċċija”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015
Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ stabbiliment — Interpretazzjoni awtonoma u uniformi
(Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii))
Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Arranġamenti prattiċi ta’ kalkolu tan-numru ta’ impjegati mkeċċija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija, matul perijodu ta’ 90 ġurnata, ta’ mill-inqas 20 ħaddiem ta’ stabbiliment partikolari ta’ impriża — Ammissibbiltà
(Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii))
Il-kunċett ta’ stabbiliment li jidher fl-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħall-kunċett li jidher fis-subparagrafu (a)(i) ta’ dan l-istess paragrafu.
Fil-fatt, ebda element fil-kliem tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59 ma jissuġġerixxi li għandha tingħata tifsira differenti lill-kliem “stabbiliment” jew “stabbilimenti” li jidhru fl-istess paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni. Il-fatt li l-leġiżlatur joffri għażla lill-Istati Membri bejn l-għażliet alternattivi u sostanzjalment ekwivalenti li jidhru, rispettivament, fl-Artikolu 1(1)(a)(i) u fl-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 98/59 jindika li l-kunċett ta’ “stabbiliment” ma jistax ikollu portata kompletament differenti skont l-għażla tal-Istat Membru kkonċernat u li differenza ta’ tali kobor tmur kontra l-bżonn, enfasizzat mill-premessa 7 tad-Direttiva 98/59, tal-promozzjoni tal-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tkeċċijiet kollettivi. Il-kunċett ta’ stabbiliment, li ma huwiex iddefinit fid-Direttiva 98/59, jikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni u ma jistax jiġi ddefinit b’riferiment għal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri. Huwa għandu għalhekk jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.
(ara l-punti 26, 38, 40, 41, 53 u d-dispożittiv)
L-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija, matul perijodu ta’ 90 ġurnata, ta’ mill-inqas 20 ħaddiem ta’ stabbiliment partikolari ta’ impriża, u mhux meta n-numru totali tat-tkeċċijiet fl-istabbilimenti kollha jew f’ċerti stabbilimenti ta’ impriża matul l-istess perijodu jilħaq jew jaqbeż il-limitu ta’ 20 ħaddiem.
F’dan ir-rigward, diġà ġie deċiż li, meta “impriża” tinkludi diversi entitajiet li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fis-sentenza Rockfon (C‑449/93) u s-sentenza Athinaïki Chartopoiïa (C‑270/05), hija l-entità li fiha huma allokati l-ħaddiema kkonċernati mit-tkeċċija li jeżerċitaw il-kompitu tagħhom li tikkostitwixxi l-“istabbiliment”, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59.
Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “stabbiliment” bħala l-istabbilimenti kollha ta’ impriża, minn naħa, tmur kontra l-għan intiż li jiżgura protezzjoni paragunabbli tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Istati Membri kollha, u, min-naħa l-oħra, iwassal għal piżijiet differenti ħafna għall-impriżi li għandhom jissodisfaw l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-direttiva skont l-għażla tal-Istat Membru kkonċernat, liema fatt imur ukoll kontra l-għan segwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni li huwa dak li jrendi t-toqol ta’ dawn il-piżijiet paragunabbli fl-Istati Membri kollha.
Jirriżulta li d-definizzjoni li tidher fl-Artikolu 1(1)(a)(i) u (a)(ii) tad-Direttiva 98/59 teħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tkeċċijiet li twettqu f’kull stabbiliment meqjus separatament.
(ara l-punti 33, 42, 44, 49, 53 u d-dispożittiv)
Kawża C‑182/13
Valerie Lyttle et
vs
Bluebird UK Bidco 2 Limited
[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Industrial Tribunal (Northern Ireland)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Artikolu 1(1)(a) — Kunċett ta’ ‘stabbiliment’ — Arranġamenti prattiċi ta’ kalkolu tan-numru ta’ impjegati mkeċċija”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015
Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ stabbiliment – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi
(Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii))
Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Arranġamenti prattiċi ta’ kalkolu tan-numru ta’ impjegati mkeċċija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija, matul perijodu ta’ 90 ġurnata, ta’ mill-inqas 20 ħaddiem ta’ stabbiliment partikolari ta’ impriża – Ammissibbiltà