Kawża C‑171/13

Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

vs

M. S. Demirci et

(talba għal deċiżjoni preliminari,

imressqa mis-Centrale Raad van Beroep)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE — Turkija — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Tneħħija ta’ klawżoli ta’ residenza– Benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali — Kundizzjoni ta’ residenza — Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok — Ċittadini Torok li kienu kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015

Ftehimiet internazzjonali – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni – Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza – Benefiċċji addizzjonali mogħtija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tneħħi dawn il-benefiċċji għall-benefiċjarji li ma jirrisjedux iktar fit-territorju nazzjonali – Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok li kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti – Trattament tal-ħaddiema esklużivament bħala ċittadini ta’ dan l-Istat – Ammissibbiltà

(Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, Artikolu 6; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolamenti Nru 118/97 u Nru 647/2005,, Artikolu4(2)(a)).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE — Turkija, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej lil ħaddiema Torok u lil membri tal-familja tagħhom, ikkunsidrati wkoll fid-dawl tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, għandhom jiġu interpretat fis-sens li ċ-ċittadini ta’ Stat Membru li kienu jifformaw parti, bħala ħaddiema Torok, mis-suq legali tal-impjieg ta’ dan l-Istat ma jistgħux, minħabba li huma żammew in-nazzjonalità Torka, jinvokaw l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 3/80 sabiex joġġezzjonaw għal rekwiżit ta’ residenza previst mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat għall-ħlas ta’ benefiċċju speċjali mhux kontributorju, fis-sens tal-Artikolu 4(2)a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu li temenda u taġġorna bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005.

Fil-fatt, xejn ma jiġġustifika li tali ċittadini, li r-reġim legali tagħhom neċessarjament inbidel mill-mument tal-akkwist tan-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti, ma jiġix ittrattat mill-imsemmija Stat esklużivament bħala ċittadin ta’ dan l-Istat għall-ħlas ta’ benefiċċju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Tali konstatazzjoni hija ħafna iktar neċessarja peress li l-eżenzjoni mill-kundizzjoni ta’ residenza għall-ħlas tal-benefiċċju supplimentari, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 3/80, ta’ ċittadini ta’ Stat Membru li akkwistaw hemmhekk in-nazzjonalità wara li ntlaqgħu hemmhekk bħala ħaddiema Torok, filwaqt li żammew in-nazzjonalità Torka, twassal għal differenza ta’ trattament inġustifikata doppja. Għalhekk, minn naħa, l-imsemmija ċittadini jiġu trattati b’mod iktar favorevoli, minn naħa, mill-ħaddiema Torok li ma jibbenefikawx min-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti u li, peress li huma ma kinux jifformaw iktar parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ dan l-Istat tal-aħħar, ma jibbenefikawx iktar minn dritt ta’ soġġorn hemmhekk. Min-naħa l-oħra, dawn il-persuni jkunu f’pożizzjoni iktar favorevoli miċ-ċittadini tal-Istat Membri ospitanti jew ta’ Stat Membru ieħor li jibbenefikaw, ċertament, minn reġim favorevoli fir-rigward ta’ soġġorn u ta’ moviment liberu fi ħdan l-Unjoni, iżda jibqgħu suġġetti għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membri għall-ħlas tal-benefiċċju supplimentari.

(ara l-punti 57-59, 73 u d-dispożittiv)

Kawża C‑171/13

Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

vs

M. S. Demirci et

(talba għal deċiżjoni preliminari,

imressqa mis-Centrale Raad van Beroep)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE — Turkija — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Tneħħija ta’ klawżoli ta’ residenza– Benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali — Kundizzjoni ta’ residenza — Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok — Ċittadini Torok li kienu kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015

Ftehimiet internazzjonali — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza — Benefiċċji addizzjonali mogħtija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tneħħi dawn il-benefiċċji għall-benefiċjarji li ma jirrisjedux iktar fit-territorju nazzjonali — Applikazzjoni għall-ex ħaddiema Torok li kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti — Trattament tal-ħaddiema esklużivament bħala ċittadini ta’ dan l-Istat — Ammissibbiltà