Kawża C‑168/13 PPU

Jeremy F.

vs

Premier ministre

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil constitutionnel)

“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI — Artikoli 27(4) u 28(3)(ċ) — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri — Regola tal-ispeċjalità — Talba għall-estensjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li ġġustifika l-konsenja jew it-talba għall-konsenja sussegwenti lil Stat Membru ieħor — Deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jagħti l-kunsens — Rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Domandi preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kundizzjonijiet – Persuna miċħuda mil-libertà tagħha, soluzzjoni tat-tilwima li għandha impatt kunsiderevoli fuq it-tul ta’ tali ċaħda

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 107)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Skop – Li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta’ sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji

    (Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, premessi 5 u 7, Artikoli 1(1) u (2))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku – Portata

    (Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 1(2))

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra – Konsenja sussegwenti – Talba għall-estensjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li ġġustifika l-konsenja jew it-talba għall-konsenja sussegwenti lil Stat Membru ieħor – Deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jagħti l-kunsens f’terminu ta’ tletin jum li jibda jiddekorri mill-preżentata tat-talba – Possibbiltà, li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprovdi rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, premessa 12 u Artikoli 17, 27(4), u 28(3)(ċ))

  1.  Hija fondata domanda magħmula minn qorti tar-rinviju sabiex tapplika l-proċedura b’urġenza prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ fejn ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa mċaħħad mil-libertà u li s-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali jaf ikollha rilevanza sinjifikattiva fuq it-tul ta’ tali ċaħda.

    (ara l-punti 30-32)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 34, 35, 57, 58)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 36, 49, 50)

  4.  L-Artikoli 27(4) u 28(3)(ċ) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-Istati Membri jipprovdu rimedju li jissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi, f’terminu ta’ tletin jum li jibda jiddekorri mill-preżentata tat-talba, sabiex tagħti l-kunsens tagħha għall-prosekuzzjoni, kundanna jew detenzjoni ta’ persuna bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ ordni ta’ detenzjoni, għal reat imwettaq qabel ma tiġi kkonsenjata b’riżultat ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, apparti minn dak li mmotiva l-konsenja tagħha, kif ukoll għal konsenja ta’ persuna lil Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, taħt mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal reat imwettaq qabel ma tiġi kkonsenjata, sa fejn id-deċiżjoni definittiva tiġi adottata fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-istess deċiżjoni qafas.

    Fil-fatt, minkejja l-garanziji espliċiti stabbiliti mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-assenza ta’ regolamentazzjoni f’dan tal-aħħar ta’ dritt eventwali ta’ rikors għas-sospensjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, ma jostakolawx lill-Istati Membri milli jipprovdu tali dritt jew milli jeħtieġu li jimponu tali rimedju. F’dan ir-rigward, sakemm ma jmurx kontra l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas, dan ma jostakolax Stat Membru, hekk kif jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-premessa 12 tiegħu, milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu relatati b’mod partikolari mar-rispett tad-dritt għal smigħ xieraq.

    Madankollu, għandhom jiġu imposti ċerti limiti għall-marġni ta’ manuvra li minnhom jiddisponu l-Istati Membri għal dan il-għan.

    Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, it-termini stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati bħala li jeħtieġu li d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, bħala prinċipju, issir jew fl-għaxart ijiem sussegwenti għall-kunsens għall-konsenja tal-persuna rikjesta, jew, f’każijiet oħra, fi żmien sittin jum mill-arrest ta’ din tal-aħħar. Huwa biss f’każijiet speċifiċi li dawn it-termini jistgħu jiġu estiżi bi tletin jum addizzjonali u dan huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali fejn it-termini speċifikati fl-Artikolu 17 jistgħu ma jkunux osservati minn Stat Membru. Konsegwentement, rikors eventwali għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru fil-konfront tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew ma jistax, fi kwalunkwe każ, u sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tiddeċidix li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jkun bi ksur tat-termini msemmija.

    Fit-tieni lok, fir-rigward, tad-deċiżjoni li tagħti l-kunsens għall-estensjoni tal-mandat jew ta’ konsenja sussegwenti, l-Artikoli 27(4) u 28(3)(ċ) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu li d-deċiżjonijiet tal-awtorità ġudizzjarja, bħala prinċipju, isseħħ fi żmien tletin jum li jibda jiddekorri mill-preżentata tat-talba.

    (ara l-punti 38, 51, 53, 55, 56, 60, 64-66, 71, 75 u d-dispożittiv)

Kawża C‑168/13 PPU

Jeremy F.

vs

Premier ministre

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil constitutionnel)

“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI — Artikoli 27(4) u 28(3)(ċ) — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri — Regola tal-ispeċjalità — Talba għall-estensjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li ġġustifika l-konsenja jew it-talba għall-konsenja sussegwenti lil Stat Membru ieħor — Deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jagħti l-kunsens — Rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Domandi preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kundizzjonijiet — Persuna miċħuda mil-libertà tagħha, soluzzjoni tat-tilwima li għandha impatt kunsiderevoli fuq it-tul ta’ tali ċaħda

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 107)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Skop — Li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta’ sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji

    (Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, premessi 5 u 7, Artikoli 1(1) u (2))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku — Portata

    (Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 1(2))

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra — Konsenja sussegwenti — Talba għall-estensjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li ġġustifika l-konsenja jew it-talba għall-konsenja sussegwenti lil Stat Membru ieħor — Deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jagħti l-kunsens f’terminu ta’ tletin jum li jibda jiddekorri mill-preżentata tat-talba — Possibbiltà, li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprovdi rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet