Kawża C‑143/13
Bogdan Matei
u
Ioana Ofelia Matei
vs
SC Volksbank România SA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj)
“Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli — Klawżoli li jinkludu ‘kummissjoni għal riskju’ miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Konklużjoni ta’ kuntratt ta’ tranżazzjoni bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali – Kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju li allegatament ma għadx għandha skop – Talba għal deċiżjoni preliminari li tirrigwarda kwistjoni ta’ ordni pubbliku – Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja li tibqa’ utli u determinanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali – Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kamp ta’ applikazzjoni – Klawżoli li jiddefinixxu l-għan prinċipali tal-kuntratt jew li jirrigwardaw il-prezz jew ir-remunerazzjoni u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu fornuti bħala korrispettiv – Kunċett – Klawżoli li jinkludu “kummissjoni għal riskju” miġbura mill-persuna li ssellef u li jawtorizzaw lil din tal-aħħar, taħt ċerti kundizzjonijiet, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi – Esklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 4(2))
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kamp ta’ applikazzjoni – Klawżoli li jiddefinixxu l-għan prinċipali tal-kuntratt jew li jirrigwardaw il-prezz jew ir-remunerazzjoni u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu fornuti bħala korrispettiv – Esklużjoni – Kundizzjonijiet – Obbligu li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ intelliġibbiltà u ta’ trasparenza – Portata
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3, 4(2) u 5 u Anness, punti 1(j) u (l) u 2(b) u (d))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 38, 40-42)
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali ta’ kuntratt]” u “suffiċjenza [adegwatezza] tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra [meta mqabbla ma]s-servizzi jew il-merkanzija [mal-oġġetti p]provduti [bħala korrispettiv], fuq in-naħa l-oħra” ma jkoprux, fil-prinċipju, tipi ta’ klawżoli inklużi f’kuntratti ta’ kreditu konklużi bejn negozjant u konsumaturi li, minn naħa, jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-persuna li ssellef li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi u, min-naħa l-oħra, jipprovdu għal “kummissjoni għal riskju” miġbura minn din tal-aħħar. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din il-klassifikazzjoni tal-imsemmija klawżoli kuntrattwali fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratti kkonċernati kif ukoll tal-kuntest legali u fattwali li jkunu fih.
Fil-fatt, il-klawżoli kuntrattwali li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]”, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, għandhom jinftiehmu li huma dawk li jistabbilixxu l-elementi essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Għall-kuntrarju, il-klawżoli li huma ta’ natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza anki tar-relazzjoni kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt l-imsemmi kunċett ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]”. Mit-termini tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li t-tieni kategorija ta’ klawżoli li fir-rigward tagħhom ma tistax issir evalwazzjoni tan-natura possibbilment inġusta tagħhom, għandha portata mnaqqsa, peress li din l-esklużjoni tikkonċerna biss l-adegwatezza bejn il-prezz jew ir-remunerazzjoni prevista u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv, u din l-esklużjoni hija spjegata mill-fatt li ma teżisti ebda skala jew kriterju legali li jista’ jappoġġa u jiggwida l-istħarriġ ta’ din l-adegwatezza.
Konsegwentement, il-klawżoli dwar il-korrispettiv dovut mill-konsumatur lill-persuna li ssellef jew li jinċidu fuq il-prezz effettiv li għandu jitħallas lil din tal-aħħar mill-konsumatur, fil-prinċipju, ma jaqgħux taħt din it-tieni kategoriji ta’ klawżoli, ħlief fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ammont tal-korrispettiv jew tal-prezz kif stabbilit fil-kuntratt ikunx adegwat għas-servizz ipprovdut bħala korrispettiv mill-persuna li ssellef.
(ara l-punti 54-56, 78 u d-dispożittiv)
Għalkemm klawżola taqa’ taħt l-għan prinċipali tal-kuntratt jew hija kkontestata inkonnessjoni mal-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li din għandha tkunu suġġetta għal evalwazzjoni tan-natura inġusta possibbli tagħha, f’każ li kellu jiġi kkonstatat, għal darba oħra kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, li din ma hijiex redatta b’mod ċar u komprensibbli.
F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit ta’ trasparenza tal-klawżoli kuntrattwali msemmi fl-Artikoli 4(2) u (5) tad-Direttiva 93/13, dispożizzjonijiet li għandhom barra minn hekk, portata identika, ma jistax jitnaqqas għan-natura komprensibbli biss ta’ dawn tal-aħħar fuq il-livelli formali u grammatikali.
Mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 93/13 kif ukoll mill-punti 1(j) u (l), u 2(b) u (d) tal-anness ta’ din id-direttiva jirriżulta li huwa ta’ importanza sinjifikattiva għall-finijiet tal-osservanza tar-rekwiżit ta’ trasparenza, il-punt dwar jekk il-kuntratt ta’ self jesponix b’mod trasparenti r-raġunijiet u l-partikolaritajiet tal-mekkaniżmu ta’ tibdil tar-rata tal-interessi u r-relazzjoni bejn din il-klawżola u klawżoli oħra dwar ir-remunerazzjoni tal-persuna li ssellef, b’tali mod li konsumatur informat ikun jista’ jipprevedi, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih.
Din il-kwistjoni għandha tiġi eżaminata mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-elementi ta’ fatt rilevanti, fosthom ir-reklamar u l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li ssellef fil-kuntest tan-negozjati ta’ kuntratt ta’ self, u b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ attenzjoni li jista’ jiġi mistenni minn konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat.
(ara l-punti 72-75)
Kawża C‑143/13
Bogdan Matei
u
Ioana Ofelia Matei
vs
SC Volksbank România SA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj)
“Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli — Klawżoli li jinkludu ‘kummissjoni għal riskju’ miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konklużjoni ta’ kuntratt ta’ tranżazzjoni bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali — Kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju li allegatament ma għadx għandha skop — Talba għal deċiżjoni preliminari li tirrigwarda kwistjoni ta’ ordni pubbliku — Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja li tibqa’ utli u determinanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali — Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Kamp ta’ applikazzjoni — Klawżoli li jiddefinixxu l-għan prinċipali tal-kuntratt jew li jirrigwardaw il-prezz jew ir-remunerazzjoni u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu fornuti bħala korrispettiv — Kunċett — Klawżoli li jinkludu “kummissjoni għal riskju” miġbura mill-persuna li ssellef u li jawtorizzaw lil din tal-aħħar, taħt ċerti kundizzjonijiet, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi — Esklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 4(2))
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Kamp ta’ applikazzjoni — Klawżoli li jiddefinixxu l-għan prinċipali tal-kuntratt jew li jirrigwardaw il-prezz jew ir-remunerazzjoni u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu fornuti bħala korrispettiv — Esklużjoni — Kundizzjonijiet — Obbligu li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ intelliġibbiltà u ta’ trasparenza — Portata