Kawża C‑65/13

Il-Parlament Ewropew

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni — Netwerk EURES — Setgħa ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Portata — Artikolu 291(1) TFUE”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-atti ta’ implementazzjoni – Limiti – Evalwazzjoni skont l-għanijiet ġenerali tal-att leġiżlattiv inkwistjoni kif ukoll in-neċessità jew l-utilità tad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implementazzjoni adottat – Adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/733 – Qbiż tal-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni – Assenza

(Artikolu 291(2), TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 492/2011, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), u Artikoli 12, 13, 21, 29 u 38; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/733)

Meta s-setgħa ta’ implementazzjoni tingħata lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 291(1) TFUE, din għandha l-obbligu li tippreċiża l-kontenut tal-att leġiżlattiv, sabiex tiżgura l-implementazzjoni tiegħu f’kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha. Dan ikun il-każ jekk id-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implementazzjoni li hija tadotta, minn naħa waħda, jirrispettaw l-għanijiet ġenerali essenzjali tal-att leġiżlattiv u, min-naħa l-oħra, jkunu neċessarji jew utli għall-implementazzjoni tiegħu mingħajr ma jikkompletawh jew jemendawh.

Dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti fir-rigward tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/733, [li timplementa] ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 492/2011 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES, li hija bbażata fuq is-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni. Fil-fatt, minn naħa, id-Deċiżjoni 2012/733 tosserva l-għan ġenerali essenzjali tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011 li jqiegħed lill-ħaddiema f’qagħda li jkunu jistgħu jilqgħu offerti tal-impjieg minn reġjuni oħra tal-Unjoni jiżgura b’mod ġenerali stampa ċara tas-suq tax-xogħol peress li, kif jirriżulta mill-premessa 4 u tal-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni, bħalma huwa r-Regolament Nru 492/2011, li tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika transkonfinali tal-ħaddiema billi tippromwovi, fil-kuntest ta’ azzjoni komuni, jiġifieri l-EURES, it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-swieq tax-xogħol Ewropej.

Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 291 TFUE, ir-riferiment għal miżuri neċessarji, fl-imsemmi Artikolu 38, jirrigwarda n-neċessità li tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament f’kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha mingħajr, għaldaqstant, ma tiġi effettwata s-setgħa ta’ implementazzjoni li għandha l-Kummissjoni skont il-qafas stabbilit mill-Kapitolu II tal-istess regolament. F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-fatt li l-EURES ma ġiex stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011, dan, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tiegħu, jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tiżviluppa regoli ta’ funzjonament ta’ azzjoni komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-oqsma tal-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-Unjoni u l-kollokament riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg. L-istabbiliment ta’ Bord tal-Ġestjoni tal-EURES u l-għoti lilu ta’ rwol konsultattiv mid-Deċiżjoni 2012/733 la jikkompletaw u lanqas jemendaw il-qafas stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011, peress li huma intiżi biss li jiżguraw il-funzjonament effikaċi tal-azzjoni komuni prevista minn dan regolament mingħajr indħil fuq il-kompetenzi tal-kumitati konsultattivi u tekniċi stabbiliti, mill-Artikoli 21 u 29 rispettivament, tal-imsemmi regolament. Bl-istess mod, ma jistax jiġi aċċettat li, sempliċement bil-fatt li ġiet prevista l-adozzjoni futura tal-Karta tal EURES, il-Kummissjoni eċċediet setgħa ta’ implementazzjoni tagħha. Fil-fatt, l-Artikolu 10 tal-imsemmija deċiżjoni lanqas jemenda l-qafas stabbilit mill-imsemmi regolament peress li l-imsemmija dispożizzjoni u l-azzjoni ddikjarata fiha huma intiżi biss sabiex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-EURES, kif previst fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-regolament, u sabiex jippromwovu l-funzjonament effikaċi tiegħu.

(ara l-punti 40, 43, 46, 50, 52, 60, 87, 92)

Kawża C‑65/13

Il-Parlament Ewropew

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni — Netwerk EURES — Setgħa ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Portata — Artikolu 291(1) TFUE”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Eżerċizzju tal-kompetenzi — Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-atti ta’ implementazzjoni — Limiti — Evalwazzjoni skont l-għanijiet ġenerali tal-att leġiżlattiv inkwistjoni kif ukoll in-neċessità jew l-utilità tad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implementazzjoni adottat — Adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/733 — Qbiż tal-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni — Assenza