20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato) – l-Italja – Lb Group Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl

(Kawża C-651/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2015/C 127/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lb Group Ltd

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.