29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Galați – ir-Rumanija) – Casa Judeţeană de Pensii Brăila vs E.S.
(Kawża C-646/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 8(1) - Applikabbiltà tal-konvenzjonijiet tas-sigurtà soċjali bejn Stati Membri - Refuġjat ripatrijat li joriġina minn Stat Membru - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija - Rifjut))
(2015/C 213/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Galați
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Casa Judeţeană de Pensii Brăila
Konvenuta: E.S.
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim bilaterali dwar benefiċċji tas-sigurtà soċjali ta’ ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li tqiesu refuġjati politiċi fit-territorju ta’ Stat firmatarju ieħor, konkluż f’data fejn wieħed miż-żewġ stati firmatarji ma kienx għadu aderixxa mal-Unjoni Ewropea u li ma jidhirx fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, ma jibqax applikabbli għas-sitwazzjoni tar-refuġjati politiċi ripatrijati fl-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.