28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia – Spanja) – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

(Kawża C-602/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Relazzjoni kuntrattwali bejn negozjant u konsumatur - Kuntratt ipotekarju - Klawżola tal-interessi moratorji - Klawżola ta’ rimbors antiċipat - Proċedura ta’ qbid ipotekarju - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 320/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Konvenuti: Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali:

ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali adita bi proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ta’ dan il-kuntratt tan-natura “inġusta” tal-klawżola relatata mal-interessi moratorji, u

ma jostakolawx il-possibbiltà li din il-qorti tinjora din il-klawżola jekk tikkonkludi li hija “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li, ladarba l-qorti Ġenerali kkonstatat in-natura “inġusta” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u negozjant, il-fatt li din il-klawżola ma tkunx ġiet eżegwita ma jistax, fih innifsu, jostakola lill-qorti nazzjonali milli tislet il-konsegwenzi kollha min-natura “inġusta” ta’ din il-klawżola.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014