7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ 5a Vara Cível de Lisboa – il-Portugall) – Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda vs Instituto da Segurança Social, IP

(Kawża C-258/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru - Għajnuna legali - Assenza ta’ konnessjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 102/15

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

5 a Vara Cível de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda

Konvenut: Instituto da Segurança Social, IP

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Varas Cíveis de Lisboa – Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 267 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2000, C 364, p. 1) – Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà għall-persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru li jkollhom rikors għall-għajnuna legali – Eżenzjoni tal-ispejjeż legali applikabbli għall-imsemmija persuni ġuridiċi fil-każ ta’ insolvenza jew ta’ applikazzjoni ta’ proċedura ta’ rkupru ta’ impriżi

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-5a Vara Cível de Lisboa (Il-Portugall) fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2013 (Kawża C-258/13).


(1)  ĠU C 215, 27,07.2013.